Aċċess għad-dokumenti tal-KESE

L-Artikolu 15 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi d-dritt taċ-ċittadini u r-residenti tal-UE li jkollhom aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni.

Id-Deċiżjoni tal-KESE 2003/603 fiha dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-aċċess għad-dokumenti tagħha, f’konformità mar-Regolament 1049/2001.

Iċ-ċittadini kif jistgħu jaċċessaw id-dokumenti tal-KESE?

  • Sabiex jiffaċilita l-aċċess għad-dokumenti liċ-ċittadini tal-UE, il-KESE żviluppa r-reġistru elettroniku tad-dokumenti DM Search.
  • DM Search jipprovdi aċċess dirett għad-dokumenti tal-KESE.
  • Id-dokumenti huma aċċessibbli direttament f’format elettroniku.
  • L-aċċess għalihom huwa mingħajr ħlas u t-talba ma teħtieġ l-ebda ġustifikazzjoni.

X’jiġri jekk dokument ma jkunx jista’ jinstab jew jiġi kkonsultat fuq DM Search?

  • Dokumenti li ma jistgħux jinstabu jew li ma jistgħux jiġu kkonsultati direttament fuq DM Search jistgħu jinkisbu fuq talba. It-talbiet jistgħu jintbagħtu lill-KESE permezz tal-formola ta’ hawn taħt.

F’dan il-każ, kemm irid jgħaddi żmien biex tingħata tweġiba?

  • Il-KESE jaħdem bi proċedura amministrattiva f'żewġ fażijiet (talba inizjali u applikazzjoni konfermatorja).
  • Wara li jirreġistra t-talba, il-KESE jivvalutaha u jwieġeb fi żmien 15-il jum ta’ xogħol. F'xi każijiet eċċezzjonali, dan il-limitu ta' żmien jista' jiġi estiż bi 15-il jum ta' xogħol oħra.
  • Jekk it-talba inizjali tiegħek tiġi rifjutata parzjalment jew kompletament, jew jekk ma tirċievi l-ebda tweġiba fil-perjodu stabbilit, tista' tressaq applikazzjoni konfermatorja fi żmien 15-il jum ta' xogħol billi tuża l-istess formola. Jekk jogħġbok iddikjara li qed tagħmel applikazzjoni konfermatorja u indika n-numru ta' reġistrazzjoni allokat lit-talba inizjali. L-applikazzjoni konfermatorja għandha tiġi trattata mill-KESE fi żmien 15-il jum mir-reġistrazzjoni.
  • F'każ li l-KESE jonqos milli jwieġeb applikazzjoni konfermatorja fil-limitu ta' żmien stabbilit jew f'każ li l-KESE jirrifjuta parzjalment jew kompletament applikazzjoni konfermatorja, għandek ukoll il-possibbiltà li tirrikorri għal proċeduri tal-qorti jew tressaq ilmenti lill-Ombudsman.

Kif se tiġi pproċessata d-data tiegħi fil-formola?

  • Ir-Regolament (UE) Nru 2018/1725 japplika għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek miġbura fil-formola li titlob aċċess għad-dokumenti.
  • Fl-istqarrija ta’ privatezza (Ara “downloads” hawn taħt bil-lingwi kollha tal-UE) għandek issib l-informazzjoni u d-dettalji kollha dwar it-trattament tad-data tiegħek mill-KESE.
Jekk ma tistax issib dokumenti permezz ta’ DM Search, jekk jogħġbok imla din  il-FORMOLA  biex titlob dokumenti

Downloads

Decision on the direct public access of EESC meeting minutes and attendance lists
Privacy statement: Form requesting access to documents