Assoċjazzjoni tal-Eks Membri

Fl-Assemblea Ġenerali tal-eks membri, li saret fl-20 u l-21 ta’ April 2026, ir-riżultati tal-elezzjoni tal-Bureau l-ġdid huma kif ġej:

  • Georges Dassis (President)
  • Béatrice Ouin (Viċi President – Baġit)
  • Isabel Caño Aguilar (Viċi President – Komunikazzjoni)
  • Elisabeth Wolff
  • Jonathan Peel
  • Jane Morrice

Fi tmiem il-mandat tagħhom, il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jistgħu jissieħbu fl-Assoċjazzjoni tal-Eks-Membri tal-KESE (AEM). L-Assoċjazzjoni tal-Eks-Membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew hija assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ ibbażata fi Brussell, fil-bini tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew innifsu u topera abbażi tal-miżati tas-sħubija u tal-assistenza teknika u amministrattiva mill-KESE.

Il-kompitu ewlieni tal-AEM huwa li żżomm rabtiet bejn il-membri tagħha u mal-Kumitat. Barra minn hekk, għandha l-għan li tikkontribwixxi biex ixxerred l-idea Ewropea. Għal dan l-għan, taħdem biex tippromovi l-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea u biex tippubbliċizza l-ħidma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. L-Assoċjazzjoni trawwem il-kooperazzjoni bejn il-membri tagħha u l-istituzzjonijiet Ewropej, u tippromovi l-istudju u d-dibattitu dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni għall-Ewropa.

Kull sena, l-Assoċjazzjoni torganizza l-Assemblea Ġenerali tagħha fil-KESE kif ukoll vjaġġ fuq proposta ta’ eks membri biex ikun hemm għarfien dwar pajjiżhom, dwar ir-realtà ekonomika u soċjali permezz ta’ żjarat lin-negozji, dwar ir-realtà politika permezz tal-organizzazzjoni ta’ dibattitu ma’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell lokali, u dwar il-partimonju bi żjarat f’siti emblematiċi. L-Assemblea Ġenerali tiddeċiedi, fuq proposta ta’ membru wieħed jew aktar tal-Assoċjazzjoni, dwar id-destinazzjoni tal-vjaġġ għas-sena ta’ wara.

Is-sħubija fl-Assoċjazzjoni hija miftuħa għal persuni li jkunu servew mandat sħiħ bħala membri tal-Kumitat u li jkunu waqfu mill-kariga tagħhom. Barra minn hekk, huma previsti xi eċċezzjonijiet għal persuni li ma jkunux lestew il-mandat tagħhom għal raġunijiet ġustifikati, bħall-eżerċizzju ta’ funzjonijiet inkompatibbli jew ċirkostanzi relatati mal-adeżjoni ta’ pajjiżhom mal-Unjoni Ewropea.

L-Assoċjazzjoni żżomm rabtiet mill-qrib mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, peress li l-President u s-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat, kif ukoll il-persuni maħtura minnhom, għandhom id-dritt li jipparteċipaw fil-laqgħat tal-korpi maniġerjali u fl-Assemblea Ġenerali tal-Assoċjazzjoni.

Protokoll

Niżżel il-Ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Assoċjazzjoni tal-Eks Membri (EN/FR)

Regoli ta’ Proċedura

Niżżel ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Assoċjazzjoni tal-Eks Membri (EN/FR)

Reġistrazzjoni

Hawnhekk issib il-formola ta’ reġistrazzjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Eks Membri tal-KESE (DE/EN/FR)

Downloads

  • Newsletter 2025
  • Newsletter 2024
  • Newsletter 2023
  • Newsletter 2022
  • Newsletter 2021
  • Newsletter 2020
  • Cooperation agreement between the European Economic and Social Committee and the Association of Former Members
  • Former Members Statutes
  • Application form for former members association