Kategorija tal-Konsumaturi u l-Ambjent

Kategorija tal-Konsumaturi u l-Ambjent bħalissa hija magħmula minn membri li lkoll huma misluta mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili (Grupp III), u l-biċċa l-kbira tagħhom jirrappreżentaw organizzazzjonijiet tal-konsumatur u tal-ambjent jew huma esperti f’dawn l-oqsma. Il-parti l-kbira tagħhom huma wkoll membri tas-Sezzjonijiet INT, TEN, SOC u ECO.

L-għan prinċipali tal-kategorija huwa li tiddiskuti dokumenti proposti mill-Kummissjoni Ewropea u tiżgura li d-drittijiet tal-konsumaturi u l-ħarsien tal-ambjent jiġu kkunsidrati fl-aspetti kollha ta’ ħidmet il-KESE. Il-kategorija hija forum għall-parteċipanti għal skambju dwar il-politiki implimentati f’pajjiżhom.

Is-segretarjat tal-kategorija huwa pprovdut mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili.