European Economic
and Social Committee
Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni (TEN)
Għall-benesseri taċ-ċittadini Ewropej u l-funzjonament tal-mobilità tas-suq uniku, in-networks trans-Ewropej, l-iżvilupp tas-soċjetà tal-informazzjoni, l-enerġija u s-servizzi ta’ interess ġenerali huma essenzjali lkoll. Is-Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni (TEN) tkopri dawn il-kwistjonijiet kollha.
L-Opinjonijiet huma r-riżultat ta’ kollaborazzjoni mill-qrib mal-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra, mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kif ukoll ma’ dawk l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili li huma kkonċernati minn dawn il-kwistjonijiet.
Is-Sezzjoni TEN taġixxi permezz ta’:
- Opinjonijiet: abbażi ta’ analiżijiet fil-fond u proċess ta’ bini ta’ kunsens, il-KESE qed jgħin biex il-politiki tal-Ewropa jkunu aktar konformi mal-aspettattivi tas-soċjetà ċivili Ewropea;
- rapporti dwar proġetti;
- studji;
- kooperazzjoni mill-qrib mal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Ewropea;
- organizzazzjoni ta’ avvenimenti dwar suġġetti relatati: seduti pubbliċi, konferenzi u laqgħat li jinvolvu esperti, dawk li jfasslu l-politika, il-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku inġenerali; u
- kull darba li l-membri tas-Sezzjoni TEN jieħdu sehem b’mod attiv f’avvenimenti ewlenin organizzati minn organizzazzjonijiet esterni.
Is-Sezzjoni TEN għandha wkoll Grupp ta’ Studju Tematiku dwar l-Enerġija, it-Trasport u s-Servizzi ta’ Interess Ġenerali biex jissorvelja l-iżviluppi u jikkontribwixxi għad-dibattitu f’dawn l-oqsma ta’ politika fil-livell Ewropew.
Downloads
-
TEN Work program 2026
-
Annexe 1 - TEN Permanent Group on Energy Work Programme for 2026
-
Annexe 2 - Work programme of the Permanent Group on Services of General Interest 2026-2028
-
Annexe 3 - Permanent Group on Transport Work programme 2025-2028
-
TEN section - End of mandate 2023-2025 report