Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali (ECO)

This page is also available in

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali (ECO) hija waħda mis-sitt sezzjonijiet speċjalizzati tal-KESE. L-għan ewlieni tas-Sezzjoni huwa li tfassal u tipproponi li jiġu adottati mill-Assemblea Plenarja tal-KESE Opinjonijiet li jirriflettu l-fehmiet tas-soċjetà ċivili organizzata fl-oqsma li ġejjin tat-tfassil tal-politika tal-UE:

  • Fil-qasam tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM), is-Sezzjoni ECO tkopri l-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi u baġitarji fi ħdan is-Semestru Ewropew, l-inizjattivi sabiex tissaħħaħ u titlesta l-arkitettura tal-UEM wara l-kriżi ekonomika, u kwistjonijiet oħra marbuta mal-governanza ekonomika, bil-għan li jiġu żgurati l-istabbiltà, it-tkabbir u l-impjieg.
  • Il-mandat tas-Sezzjoni ECO jkopri l-perspettivi finanzjarji, ir-riżorsi proprji u l-baġit tal-Unjoni Ewropea kif ukoll kwistjonijiet statistiċi.
  • Fil-qasam tat-tassazzjoni, is-Sezzjoni ECO hija responsabbli biex tindirizza problemi marbutin mal-armonizzazzjoni tat-taxxa u l-approssimazzjoni tal-leġislazzjonijiet.
  • Tindirizza wkoll kwistjonijiet relatati mal-istabbiltà, il-funzjonament u l-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji u tal-kapital.
  • Is-Sezzjoni ECO tkopri wkoll il-koeżjoni, kwistjonijiet ta’ politika reġjonali u urbana li għandhom l-għan li jnaqqsu d-differenzi ekonomiċi, soċjali u territorjali fl-UE u l-promozzjoni tat-tkabbir u l-impjieg.

Apparti t-tfassil tal-Opinjonijiet, is-Sezzjoni regolarment torganizza seduti pubbliċi u dibattiti tematiċi dwar kwistjonijiet attwali fl-oqsma ta’ kompetenza tagħha. Barra minn hekk, il-membri tas-Sezzjoni ECO ta’ spiss jipparteċipaw f’diversi avvenimenti fi Brussell u madwar l-UE, u b’hekk iżommu kuntatt mill-qrib bejn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili.

Tnax-il membru tas-Sezzjoni jiffurmaw il-Bureau tal-ECO, li huwa responsabbli biex jikkoordina l-ħidma tas-Sezzjoni. Is-Sezzjoni ħatret grupp ta’ studju permanenti biex jabbozza Opinjonijiet speċifiċi relatati mal-governanza ekonomika u baġitarja fiż-żona tal-euro.

L-attivitajiet tal-membri tas-Sezzjoni ECO huma appoġġjati mis-segretarjat tal-ECO.

Downloads

ECO priorities 2018 (summary)

ECO priorities 2018 (full version)

EESC political priorities for 2018