Osservatorju tal-Iżvilupp Sostenibbli (SDO)

Osservatorju tal-Iżvilupp Sostenibbli (SDO)

Il-missjoni prinċipali tiegħu hi li jippromovi s-sostenibbiltà fl-UE billi jmexxi ’l quddiem il-prosperità ekonomika, l-inklużjoni soċjali u r-responsabbiltà ambjentali b’mod integrat u bbilanċjat. L-osservatorju jimpenja ruħu li jrawwem il-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili fil-bidla lejn ekonomija aktar sostenibbli fl-Ewropa. Huwa l-uniku korp fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej li huwa ddedikat esklużivament għall-promozzjoni ta’ politiki sostenibbli fis-setturi kollha.

Il-membri tiegħu ġejjin minn firxa wiesgħa ta’ gruppi ta’ interess, b’għarfien espert fl-oqsma kollha tal-ħidma tagħna u sensibilizzazzjoni estensiva mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-Istati Membri Ewropej.

L-Osservatorju tal-Iżvilupp Sostenibbli jiffaċilita d-djalogu u s-sħubijiet bejn is-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet tal-UE fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli permezz tal-organizzazzjoni ta’ seduti pubbliċi, konferenzi, pjattaformi għall-iskambju ta’ prattiki tajbin, kif ukoll workshops u studji tal-impatt, u billi jsir kontribut lill-Opinjonijiet tal-Kumitat. Dak li huwa uniku dwar l-Osservatorju tal-Iżvilupp Sostenibbli hu li jlaqqa’ flimkien nies u organizzazzjonijiet minn varjetà wiesgħa ta’ interessi u sfondi li normalment rari jiltaqgħu, sabiex jingħaqdu u jiġu eżaminati modi ġodda biex jiġu indirizzati kwistjonijiet marbutin mal-iżvilupp sostenibbli. Aħna naħdmu flimkien ma’ korpi simili fil-livell nazzjonali bħall-kunsilli għall-iżvilupp sostenibbli, kif ukoll mal-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili ġewwa u barra l-Ewropa.

 

Downloads

SDO Work Programme 2023-2025
SDO - Work Programme 2020-2023
Activity report 2020-2023 Sustainable Development Observatory