Riċerka u Innovazzjoni

Ir-Riċerka u l-Innovazzjoni huma essenzjali għat-titjib tal-kompetittività, il-promozzjoni tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u l-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà. B’rikonoxximent ta’ dan, il-KESE jwettaq monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020, il-programm estensiv tal-UE fil-qasam tar-Riċerka u l-Innovazzjoni. Aħna involuti mill-qrib ukoll fid-dibattitu dwar ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Responsabbli (RIR), kunċett li għandu l-għan li jintegra l-partijiet interessati fil-proċess tar-Riċerka u l-Iżvilupp, sabiex flimkien inkunu nistgħu nsibu soluzzjonijiet sostenibbli u inklużivi għall-isfidi soċjetali li qed niffaċċjaw illum.