Round Tables taż-Żgħażagħ dwar il-Klima u s-Sostenibbiltà

Protect your Future -  With the European Economic and Social Committee, Generation Climate Europe, and the European Youth Forum

Ir-Round Tables taż-Żgħażagħ dwar il-Klima u s-Sostenibbiltà huma spazju għal djalogu regolari, strutturat u sinifikanti bejn iż-żgħażagħ u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-UE, imnedija wara l-adozzjoni tal-Opinjoni tal-KESE Lejn involviment strutturat min-naħa taż-żgħażagħ dwar il-klima u s-sostenibbiltà fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE.

Ir-Round Tables taż-Żgħażagħ tal-UE jsiru darbtejn fis-sena u huma ospitati mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew f’kooperazzjoni mal-Forum Ewropew taż-ŻgħażagħGeneration Climate Europe u l-Kummissjoni Ewropea. Kull Round Table tal-UE dwar iż-Żgħażagħ hija dwar suġġett speċifiku relatat mal-klima u s-sostenibbiltà u, kull darba, grupp ta’ madwar għaxar rappreżentanti taż-żgħażagħ jiltaqa’ mal-Kummissarju li l-portafoll tiegħu huwa rilevanti għad-diskussjoni.

Karatteristika ewlenija tar-Round Tables tal-UE taż-Żgħażagħ hija l-mekkaniżmu ta’ segwitu, stabbilit biex jiżgura li t-talbiet taż-żgħażagħ jiġu kkunsidrati kif xieraq mill-Kummissjoni Ewropea. Wara kull avveniment, ir-rappreżentanti taż-żgħażagħ jippreżentaw dokument bi ftit talbiet ta’ politika lill-Kummissarju involut. Il-Kummissarju, bl-appoġġ tad-DĠs rilevanti, jimpenja ruħu li fix-xahar ta’ wara jipprovdi tweġiba ċara bil-miktub għat-talbiet tal-politika. Iż-żewġ dokumenti mbagħad jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq is-sit web tal-avveniment.

Ma hija meħtieġa l-ebda reġistrazzjoni biex issegwi l-avvenimenti peress li dawn dejjem jixxandru fuq l-internet fuq is-sit web tagħna, arawhom f’xandira diretta u ħudu sehem fid-dibattitu!

#EUYouthRoundTables

Do you have a question?
Contact us!