Kategorija tal-Ekonomija Soċjali

Il-Kategorija tal-Ekonomija Soċjali hija magħmula minn membri misluta mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili u mill-Grupp ta’ Min Iħaddem, li jirrappreżentaw kooperattivi, assoċjazzjonijiet mutwi,  fondazzjonijiet u intrapriżi soċjali.

L-għan tal-kategorija huwa li tippromovi u tiddefendi l-interessi tal-ekonomija soċjali għall-aktar udjenza wiesgħa possibbli. Tfittex li tikseb rikonoxximent għall-kontribut sostanzjali tas-settur għall-iżvilupp soċjoekonomiku tal-Ewropa u għas-suċċess tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea. Barra dan, il-Kategorija tal-Ekonomija Soċjali wriet kemm-il darba s-siwi tagħha bħala pjattaforma, li tiffaċilita t-tagħlim bejn il-pari, l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-kooperazzjoni mill-qrib mal-istituzzjonijiet Ewropej u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili usa'. Matul is-snin, il-Kategorija tal-Ekonomija Soċjali ħeġġet l-integrazzjoni tal-Ekonomija Soċjali fl-Opinjonijet tal-KESE u f'attivitajiet oħrajn, kif ukoll it-tnedija ta' għadd ta' studji kkummisjonati tal-KESE dwar is-settur.

Is-segretarjat tal-kategorija huwa pprovdut mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili.

Downloads

2021 work programme
Activity report of the “Social Economy Category”
Activity report 2019 - Social economy category
Joint declaration