Intrapriża

L-intraprenditorija fil-forom kollha tagħha hija essenzjali biex jiġu żgurati t-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni, l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali.

L-SMEs, b’mod partikolari, jaqdu rwol fundamentali fl-ekonomija Ewropea. Għal din ir-raġuni, il-KESE minn dejjem enfasizza l-importanza tagħhom u l-ħtieġa li jitrawwem l-iżvilupp tagħhom. F’dawn l-aħħar snin, il-Kumitat tagħna sar attur ewlieni fil-livell tal-UE fil-promozzjoni tal-intraprenditorija soċjali u l-ekonomija soċjali. Il-mudelli ekonomiċi ġodda huma wkoll fuq quddiem nett fl-aġenda tal-KESE u tnedew għadd ta’ inizjattivi f’dan il-qasam.