Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI)

Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (magħrufa bl-akronimu Franċiż tagħha tas-CCMI għal Commission consultative des mutations industrielles) tanalizza l-bidliet fl-industrijaf’firxa wiesgħa ta’ setturi, filwaqt li tibqa’aġġornata u tindirizzahom skont il-valuri tal-mudell ekonomiku u soċjali Ewropew.

Is-CCMI ħadet post il-kumitat konsultattiv tal-KEFA (Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar) meta dan skada fit-23 ta’ Lulju 2002. Hija stabbilita bħala entità distinta fi ħdan il-KESE u għandha mandat estiż għas-setturi kollha tal-industrija, kemm fil-manifattura kif ukoll fis-servizzi.

Is-CCMI hija magħmula minn membri tal-KESE u delegati esterni.

Dawn tal-aħħar jinħatru mill-KESE minn fost l-assoċjazzjonijiet settorjali li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili organizzata fil-livell Ewropew.

Il-President tas-CCMI huwa membru tal-KESE u l-kopresident huwa delegat.

Il-mandat tas-CCMI huwa li:

  • tkompli tkopri dawk l-oqsma tal-industriji tal-faħam u tal-azzar u tal-ktajjen tal-produzzjoni u l-konsum tagħhom li fihom hija attiva l-UE;
  • tkopri l-impatt tal-bidliet industrijali fuq setturi oħrajn industrijali u tas-servizzi u, b’mod aktar ġenerali, pereżempju, fuq l-impjieg, il-politika soċjali u strutturali, l-iżvilupp sostenibbli, it-tranżizzjoni tal-enerġija, eċċ.;
  • aktar reċentement, tkopri l-bidla diġitali industrijali settorjali u l-impatt tagħha fuq is-setturi u soċjetà, pereżempju, fir-rigward tas-setturi tas-servizzi u dawk finanzjarji, is-settur tal-karozzi, is-settur tas-saħħa, u l-impatt tal-bidla industrijali diġitali fuq it-taħriġ għall-impjiegi, l-edukazzjoni, is-sħubijiet pubbliċi-privati, id-djalogi soċjali u ċivili, u t-tranżizzjoni ġenerali mill-Industrija 4.0 għas-Soċjetà 4.0.

Is-CCMI tista’ twassal il-fehmiet tagħha permezz ta’ Opinjonijiet obbligatorji skont it-termini tat-Trattat, Opinjonijiet fakultattivi u esploratorji fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, kif ukoll permezz ta’ Opinjonijiet fuq inizjattiva proprja, rapporti ta’ informazzjoni u l-organizzazzjoni ta’ seduti u konferenzi.

Il-kummissjoni żżomm relazzjoni ta’ ħidma mill-qrib mal-istituzzjonijiet u l-aġenziji l-oħrajn tal-UE u ma’ organizzazzjonijiet tal-firxa kollha tal-oqsma kkonċernati.

Downloads

The Consultative Commission on Industrial Change
CCMI political action guidelines and work programme for 2021
END OF MANDATE REPORT – 2018-2020
Compilation - end-of-mandate reports