Suq Uniku

Dan jista’ jkun wieħed mill-aktar kisbiet importanti tal-UE, iżda s-Suq Uniku għad għandu l-ostakli tiegħu. Minn mindu s-Suq Uniku tnieda fl-1992, il-KESE kien involut mill-qrib fi sforzi biex dan issir kompletament funzjonali, għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-Ewropa.

Peress li jipprovdi xi wħud mill-iżjed benefiċċji tanġibbli tal-proġett Ewropew, is-Suq Uniku Diġitali iqarreb mill-ġdid liċ-ċittadini mal-UE permezz tal-ħolqien ta’ suq transkonfinali onlajn mingħajr xkiel.