Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum (INT)

Is-Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum (INT) tittratta firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika marbutin mal-industrija, il-kompetizzjoni, l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali u l-ekonomija u s-soċjetà diġitali. Hija tiddiskuti u tadotta wkoll opinjonijiet dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-protezzjoni tal-konsumaturi, xejriet ekonomiċi emerġenti, bħall-ekonomija ċirkolari (is-Sezzjoni taħdem b’mod attiv fil-Pjattaforma Ewropea tal-Partijiet Interessati tal-Ekonomija Ċirkolari), u l-politiki tas-Suq Uniku inġenerali.

Is-Sezzjoni torganizza seduti pubbliċi dwar kwistjonijiet ta’ importanza partikolari għas-Suq Uniku, sabiex tikkonsulta l-iżjed firxa wiesgħa possibbli ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Mill-1999 ’il hawn, ta’ kull sena hija torganizza wkoll l-avveniment ewlieni tal-Kumitat magħruf bħala l-Jum Ewropew tal-Konsumatur.

Barra minn hekk, is-Sezzjoni għandha Osservatorju tat-Tranżizzjoni Diġitali u tas-Suq Uniku, biex jissorvelja l-iżviluppi fis-Suq Uniku Diġitali u jipproponi modi kif jiġu eliminati l-ostakli jew isir titjib.

Downloads

INT Section priorities 2023-2025
End of mandate 2020-2023 – Alain Coheur, INT Section president
Activity report 2020-2023 – Louise Grabo, President of the Observatory of the Digital Transition and the Single Market