L-Ewropa Tiegħek, Leħnek!

L-Ewropa Tiegħek, Leħnek (YEYS) huwa l-avveniment annwali taż-żgħażagħ tal-KESE. Dan beda fl-2010 bil-għan li jgħaqqad iż-żgħażagħ mal-Unjoni Ewropea. Kull sena, studenti ta’ bejn it-18 u s-16-il sena mill-Istati Membri kollha tal-UE u l-pajjiżi kandidati jiġu Brussell għal jumejn u jaħdmu flimkien biex iħejju riżoluzzjonijiet li mbagħad jgħaddu għal għand l-istituzzjonijiet tal-UE. Dawn ir-riżoluzzjonijiet jinkludu l-ideat, il-proposti u t-tamiet tagħhom għall-futur tagħhom bħala ċittadini Ewropej. L-iskejjel sekondarji kollha fl-Ewropa jistgħu japplikaw u jibagħtu tliet studenti biex jieħdu sehem fYEYS: is-sena d-dieħla tista’ tkun l-iskola tiegħek!