Sezzjoni għar-Relazzjonijiet Esterni (REX)

Is-Sezzjoni għar-Relazzjonijiet Esterni (REX) tal-KESE għandha l-kompitu li timmonitorja l-attivitajiet esterni tal-UE permezz ta’ djalogu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili minn pajjiżi u reġjuni mhux tal-UE li magħhom l-UE għandha relazzjonijiet formali. Is-Sezzjoni ssegwi b'mod attiv ukoll il-politiki tal-UE dwar il-kummerċ u l-iżvilupp.

  1. Is-Sezzjoni REX  għandha għadd ta’ Kumitati ta Segwitu magħmula minn membri tal-KESE li josservaw l-iżviluppi u jmexxu l-ħidma tas-Sezzjoni REX f’dawn l-oqsma differenti.
  2. Il-Kumitati Konsultattivi Konġunti (JCCs) huma magħmula minn membri tal-KESE u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili taʼ pajjiż li miegħu l-UE ffirmat ftehim taʼ assoċjazzjoni jew ftehim simili. Il-kompitu tagħhom huwa li jadottaw rakkomandazzjonijiet mir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili dwar aspetti differenti b’rabta mar-relazzjonijiet bilaterali. Il-Kumitati Konsultattivi għandhom rwol simili, iżda jikkonċernaw grupp taʼ pajjiżi pjuttost milli pajjiż wieħed biss.
  3. Il-Pjattaformi tas-Soċjetà Ċivili huma simili għall-JCCs, iżda apparti l-KESE jinkludu membri minn organizzazzjonijiet Ewropej oħra tas-soċjetà ċivili. Dawn il-pjattaformi jinbtu minn ftehimiet taʼ assoċjazzjoni maʼ msieħba tal-Lvant.
  4. Il-KESE jimpenja ruħu fʼRound Table mal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali taċ-Ċina.
  5. Il-Gruppi Konsultattivi Domestiċi huma korpi stabbiliti fil-qafas taʼ ftehimiet taʼ  kummerċ ħieles jew kapitoli dwar il-kummerċ ħieles fi ħdan il-ftehimiet taʼ assoċjazzjoni. Huma għandhom il-kompitu li jipprovdu konsulenza lid-DĠ Kummerċ tal-Kummissjoni dwar il-kapitoli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli fil-ftehimiet taʼ kummerċ ħieles. Mhumiex korpi bilaterali; il-kontropartijiet tal-ftehimiet taʼ kummerċ ħieles mal-UE għandhom il-Gruppi Konsultattivi Domestiċi proprji tagħhom li jipprovdu konsulenza lill-gvernijiet nazzjonali rispettivi tagħhom. Kemm il-Gruppi Konsultattivi Domestiċi tal-UE kif ukoll il-kontropartijiet tagħhom jistgħu jorganizzaw laqgħat bejn il-Gruppi Konsultattivi Domestiċi. Il-KESE (Sezzjoni REX) jaqdi rwol taʼ segretarjat għall-Gruppi Konsultattivi Domestiċi tal-UE.

Downloads

External Relations Section - Presentation
REX Working Programme 2024
Rapport fin de mandat REX 2020-2023

View the complete list of the REX section bodies