Il-KESE jappoġġja lill-Ukrajna – solidarjetà u azzjoni tas-soċjetà ċivili organizzata

Il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jikkundannaw l-invażjoni mhux ġustifikata u mhux provokata tal-Ukrajna mill-Gvern Russu, jesprimu s-solidarjetà tagħhom mal-poplu Ukren, u jappellaw għal azzjonijiet sodi kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali fi spirtu ta’ unità f’dan iż-żmien drammatiku.

Fis-sessjoni plenarja tal-24 ta’ Marzu, il-KESE adotta Riżoluzzjoni dwar “Il-gwerra fl-Ukrajna u l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tagħha”.

Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) dwar Il-gwerra fl-Ukrajna u l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tagħha