Osservatorju tat-Tranżizzjoni Diġitali u tas-Suq Uniku

L-Osservatorju tat-Tranżizzjoni Diġitali u tas-Suq Uniku nħoloq bil-għan li jipprovdi lill-KESE bi struttura flessibbli u orizzontali li tippermettilu:

  • janalizza kif jaħdem is-Suq Uniku Diġitali;
  • jidentifika n-nuqqasijiet u l-ostakli; u
  • jipproponi soluzzjonijiet.

L-Osservatorju jikkonċentra fuq l-iżvilupp tas-Suq Uniku Diġitali tal-UE u jkopri l-attivitajiet tal-KESE dwar l-Intelliġenza Artifiċjali u l-Aġenda Diġitali.
Peress li huwa korp li għadu kemm inħoloq, huwa mistenni li juża metodi ta’ ħidma ġodda u innovattivi.

Downloads

DSMO Work programme 2023-2025
Activity report 2020-2023 – Louise Grabo, President of the Observatory of the Digital Transition and the Single Market
Digital Transition and Single Market Observatory activities roadmap for 2024 focus on general-purpose AI.