You are here

Sezzjonijiet u korpi oħrajn

Il-KESE għandu sitt sezzjonijiet li jispeċjalizzaw f’temi speċifiċi ta’ rilevanza għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, li jvarjaw mill-affarijiet ekonomiċi u soċjali sal-enerġija, l-ambjent, ir-relazzjonijiet esterni u s-suq intern. Il-membri jipparteċipaw f’sezzjoni waħda jew aktar skont il-qasam tal-għarfien speċjalizzat tagħhom u huwa hawnhekk li ssir ħafna mill-ħidma ta’ bażi dwar l-Opinjonijiet. Il-KESE għandu wkoll Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI), li tgħin lill-industrija tal-UE tantiċipa u tadatta ruħha għall-impatt tal-globalizzazzjoni.

Is-sezzjonijiet/kummissjonijiet tal-KESE huma:

Il-KESE waqqaf ukoll tliet osservatorji speċjalizzati– dwar is-suq uniku (SMO), is-suq tax-xogħol (LMO) u l-iżvilupp sostenibbli (SDO) – flimkien ma’ kumitat ta’ tmexxija għall-Istrateġija 2020 tal-UE għat-Tkabbir u l-Impjiegi.

Twaqqaf Grupp ta’ Kuntatt biex jinteraġixxi mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u n-netwerks Ewropej u biex jissorvelja inizjattivi konġunti.