Osservatorju tas-Suq tax-Xogħol (LMO)

L-għan tal-Osservatorju tas-Suq tax-Xogħol (LMO) huwa li jidentifika u janalizza x-xejriet u l-isfidi tas-suq tax-xogħol, filwaqt li jġib valur miżjud għall-ħidma tal-KESE u s-Sezzjoni tiegħu għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza (SOC).

L-LMO ilu attiv mill-2007. Il-membri tiegħu jinkludu president u żewġ viċi presidenti mis-Sezzjoni SOC, li jalternaw kull sentejn u nofs bejn il-Gruppi ta’ Min Iħaddem, tal-Ħaddiema u  Diversità Ewropa. Sabiex jiġu żgurati sinerġiji fi ħdan il-KESE, l-LMO għandu membri mis-sezzjonijiet kollha tal-KESE.

Is-suq tax-xogħol fil-pajjiżi kollha tal-UE għaddej minn trasformazzjoni profonda fl-istrutturi, il-mekkaniżmi u r-relazzjonijiet industrijali tiegħu. Fil-qalba ta’ din it-trasformazzjoni hemm diversi fenomeni, li l-LMO jinkludi fl-analiżi tiegħu. L-osservatorju janalizza l-isfidi u x-xejriet tas-suq tax-xogħol, jiġbor eżempji ta’ prattiki tajba u jipproduċi rapporti jew studji dwar kwistjonijiet attwali. Dan jorganizza wkoll avvenimenti pubbliċi kif ukoll laqgħat interni, jistimola diskussjoni fost l-istituzzjonijiet, il-partijiet ikkonċernati soċjoprofessjonali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-qasam akkademiku.

Dan jaħdem fuq diversi suġġetti ewlenin bħalma huma l-impjieg taż-żgħażagħ, l-integrazzjoni tar-rifuġjati u tal-applikanti għall-asil fis-suq tax-xogħol, l-inklużjoni tal-persuni li ilhom qiegħda fis-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) u l-effetti tad-diġitalizzazzjoni u l-ekoloġizzazzjoni tal-ekonomija fuq l-impjieg u l-ħiliet kif ukoll fuq il-mobilità ġusta tal-forza tax-xogħol.

Downloads

Priorities and working methods of the Labour Market Observatory (LMO) in the 2023 – 2025 half-term of office
Activity Report - Labour Market Observatory - Period 2020-2023
LMO work programme 2020-2023
LMO work programme 2020-2023 - Appendix 1 - List of LMO members
LMO work programme 2020-2023 - Appendix 2 - Study on The work of the future: ensuring lifelong learning and training of employees
Activity Report - Labour Market Observatory - Period 2018-2020
LMO work programme 2018-2020_EN
Labour Market Observatory (LMO) – Report on the activities of the 2015-2018 term of office
Labour Market Observatory (LMO) – Report on the activities of the 2013-2015 term of office