Konsumaturi

Illum il-ġurnata, bis-saħħa tas-Suq Uniku, huwa ħafna aktar sempliċi għall-konsumaturi u n-negozji tal-UE li jixtru u jbigħu oġġetti u servizzi minn naħa għal oħra tal-fruntieri, kemm online kif ukoll offline. Iżda dan jitlob fiduċja u kunfidenza fis-suq, leġiżlazzjoni mmirata u infurzar effettiv. 

Il-KESE jaħdem biex jiżgura li l-konsumaturi jkollhom id-drittijiet u l-protezzjoni li jkollhom bżonn. Aħna wkoll nidentifikaw u nħabirku biex niġġieldu l-prattiki kummerċjali inġusti u illegali. Lil hinn minn dan, aħna nippromovu modi sostenibbli ta’ konsum u produzzjoni.

L-avveniment ewlieni annwali tagħna, il-Jum Ewropew tal-Konsumatur, li ilu jiġi organizzat kull sena mill-1999 ’l hawn, huwa l-post per eċċellenza fejn jiltaqgħu l-konsumaturi biex jinfluwenzaw id-dibattitu tal-UE.