Il-Premju tas-Soċjetà Ċivili

L-ippremjar tal-eċċellenza fl-inizjattivi tas-soċjetà ċivili

L-għan tal-premju tal-KESE għas-soċjetà ċivili, li nħoloq fl-2006, huwa li jiġu ppremjati u mħeġġa kisbiet u inizjattivi konkreti mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u/jew individwi fil-livelli kollha, Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali, li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti biex jiġu promossi l-identità u l-integrazzjoni Ewropej.

Kisbiet u inizjattivi bħal dawn għandhom ikunu kreattivi u innovattivi u jkollhom impatt pożittiv u dejjiemi fuq il-mod ta’ kif il-pubbliku jħares lejn l-Ewropa u l-proċess ta’ integrazzjoni.

It-tema speċifika għal kull edizzjoni tal-premju hija stabbilita mill-President tal-KESE.

Permezz tal-għoti ta’ dan il-premju, il-KESE għandu l-għan li joħloq sensibilizzazzjoni tal-kontribut sostanzjali li jistgħu jagħtu l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u/jew l-individwi sabiex jinħolqu identità u ċittadinanza Ewropej li fihom il-valuri komuni li jirfdu l-integrazzjoni Ewropea.

Għal aktar informazzjoni dwar il-premju tal-KESE għas-soċjetà ċivili, jekk jogħġbok ikkuntattja: Il-Premju tas-Soċjetà Ċivili