Dwarna

“Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikunu assistiti minn Kumitat Ekonomiku u Soċjali (...), li [jeżerċita] funzjonijiet konsultattivi.”

1957, Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, Artikolu 13

329 membru

għal 5 snin



  •  
     


  •  
     


  •  
     


  •  
     


  •  
     


  •  
     


  •  
     


  •  
     


  •  
     


  •  
     


  •  
     


  •  
     


  •  
     


  •  
     


  •  
     


  •  
     


  •  
     


  •  
     


  •  
     


  •  
     


  •  
     


  •  
     


  •  
     


  •  
     


  •  
     


  •  
     


  •  
     

Min huma l-membri?

Min iħaddem, membri ta’ trade unions u rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet soċjali, okkupazzjonali, ekonomiċi u kulturali. Jinħatru mill-Kunsill għal mandat li jista’ jiġġedded ta’ ħames snin fuq proposta tal-Istati Membri.

3 Gruppi

  • Min Iħaddem Grupp 1
  • Ħaddiema Grupp 2
  • Organizzazzjonijiet
    tas-Soċjetà Ċivili
    Grupp 3
President 2 Viċi Presidenti Mandat ta’ sentejn u nofs

Il-ħidma tagħna: Opinjonijiet

Kummissjoni Ewropea, Parlament jew Kunsill > TALBA
KESE > FUQ INIZJATTIVA PROPRJA
Bureau > AWTORIZZAZZJONI
Relatur u Grupp ta’ Studju Membri maħtura mill-Gruppi
Relatur > ABBOZZ TA’ OPINJONI (ta’ spiss megħjun/a mill-Grupp ta’ Studju)
Sezzjonijiet> DISKUSSJONI > KUNSENS
  • Min Iħaddem Grupp 1
  • Ħaddiema Grupp 2
  • Organizzazzjonijiet
    tas-Soċjetà Ċivili
    Grupp 3
SESSJONI PLENARJA > VOTAZZJONI FUQ L-OPINJONIJIET
OPINJONI ADOTTATA mibgħuta lill-istituzzjonijiet tal-UE u ppubbliċizzata b’mod adatt

Korpi ta’ ħidma

  • ECO
  • INT DSMO
  • TEN
  • SOC LMO
  • NAT SDO
  • REX
  • CCMI
  • GSE
  • GK
  • DFID

6 Sezzjonijiet

ECO
Unjoni Ekonomika u Monetarja, Koeżjoni Ekonomika u Soċjali
INT
Suq Uniku, Produzzjoni u Konsum
TEN
Trasport, Enerġija, Infrastruttura u Soċjetà tal-Informazzjoni
SOC
Xogħol, Affarijiet Soċjali u Ċittadinanza
NAT
Agrikoltura, Żvilupp Rurali u Ambjent
REX
Relazzjonijiet Esterni

1 Kummissjoni waħda

CCMI
Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali

3 Osservatorji

DSMO
Osservatorju tat-Tranżizzjoni Diġitali u tas-Suq Uniku
SDO
Osservatorju tal-Iżvilupp Sostenibbli
LMO
Osservatorju tas-Suq tax-Xogħol

3 korpi oħrajn

GSE
Grupp Ad Hoc dwar is-Semestru Ewropew
GK
Grupp ta’ Kuntatt
DFID
Grupp Ad Hoc dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Istat tad-Dritt


Dikjarazzjoni tal-missjoni tal-KESE

Bl-impenn tiegħu lejn l-integrazzjoni Ewropea, il-KESE jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-leġittimità demokratika u l-effettività tal-Unjoni Ewropea billi jagħti l-opportunità lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-Istati Membri jesprimu fehmiethom fil-livell Ewropew.

Dan il-Kumitat jaqdi tliet missjonijiet ewlenin:

  • jgħin biex jiġi żgurat li l-politiki u l-leġiżlazzjoni Ewropej ikunu marbutin aħjar maċ-ċirkostanzi ekonomiċi, soċjali u ċiviċi fuq il-post billi jassisti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni Ewropea, u jagħmel użu mill-esperjenza, ir-rappreżentanza, id-djalogu u l-isforzi tal-membri tal-KESE biex jiżgura kunsens li jservi l-interess ġenerali;
  • jippromovi l-iżvilupp ta’ Unjoni Ewropea iktar parteċipattiva li tkun iktar f’kuntatt mal-opinjoni taċ-ċittadini, billi jaġixxi bħala forum istituzzjonali li jirrappreżenta, jinforma, jesprimi l-fehmiet tas-soċjetà ċivili organizzata u jiżgura d-djalogu magħha;
  • jippromovi l-valuri li jiffurmaw il-pedament tal-integrazzjoni Ewropea u jkompli javvanza, kemm fl-Ewropa kif ukoll fid-dinja kollha, id-demokrazija, id-demokrazija parteċipattiva u r-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

Kif jiffunzjona l-KESE?

Il-KESE huwa korp konsultattiv li jagħti lir-rappreżentanti tal-gruppi ta’ interess soċjoprofessjonali tal-Ewropa u ta’ gruppi oħrajn pjattaforma formali biex jesprimu fehmiethom dwar kwistjonijiet tal-UE. L-Opinjonijiet tiegħu jintbagħtu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Parlament Ewropew. B’hekk għandu rwol prinċipali fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni.

Presidenza

Oriġini

Il-KES ġie stabbilit permezz tat-Trattati ta’ Ruma tal-1957 bil-għan li jinvolvi lil gruppi ta’ interess ekonomiku u soċjali fit-twaqqif tas-suq komuni u li jipprovdi struttura istituzzjonali għall-għoti ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill tal-Ministri dwar kwistjonijiet tal-Komunità Ewropea.

L-Att Uniku Ewropew (1986), it-Trattat ta’ Maastricht (1992), it-Trattat ta’ Amsterdam (1997) u t-Trattat ta’ Nizza (2000) saħħew ir-rwol tal-KESE.

Kompożizzjoni

Il-KESE għandu 329 membru misluta minn gruppi ta’ interess ekonomiku u soċjali fl-Ewropa.

Il-membri jiġu nominati mill-gvernijiet nazzjonali u jinħatru mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal mandat li jista’ jiġġedded ta’ 5 snin. L-aħħar tiġdid sar f’Ottubru 2020 għall-mandat 2020-2025.

Il-membri jagħmlu parti minn wieħed minn dawn it-tliet gruppi:

L-għadd ta’ membri għal kull Stat Membru huwa kif ġej:

  • Franza, il-Ġermanja, l-Italja: 24
  • Il-Polonja, Spanja: 21
  • Ir-Rumanija: 15
  • L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, l-Ungerija, in-Netherlands, il-Portugall u l-Iżvezja: 12
  • Il-Kroazja, id-Danimarka, il-Finlandja, l-Irlanda, il-Litwanja u s-Slovakkja: 9
  • Il-Latvja, is-Slovenja u l-Estonja: 7
  • Ċipru, il-Lussemburgu: 6
  • Malta: 5

Il-mandat tal-membri

Il-kompitu tal-membri huwa li jfasslu Opinjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ interess Ewropew għall-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew.

Rwol konsultattiv

Il-konsultazzjoni tal-KESE mill-Kummissjoni jew il-Kunsill hija obbligatorja f’xi każijiet u fakultattiva f’każijiet oħra. Madankollu, il-KESE jista’ jadotta wkoll Opinjonijiet fuq inizjattiva proprja. L-Att Uniku Ewropew (17.2.1986) u t-Trattat ta’ Maastricht (7.2.1992) estendew il-firxa ta’ kwistjonijiet li għandhom jiġu riferuti lill-Kumitat. It-Trattat ta’ Amsterdam kompla wessa’ l-oqsma li dwarhom jinħtieġ li jiġi kkonsultat il-Kumitat, u għamilha possibbli li l-Kumitat jiġi kkonsultat mill-Parlament Ewropew. Bħala medja, il-KESE jipproduċi 170 dokument ta’ konsultazzjoni u Opinjoni fis-sena (madwar 15 % minnhom fuq inizjattiva proprja). L-Opinjonijiet kollha jintbagħtu lill-korpi deċiżjonali tal-UE u mbagħad jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE.

Rwol ta’ informazzjoni u integrazzjoni

F’dawn l-aħħar snin, il-KESE żied ir-rwol tiegħu fl-Unjoni Ewropea u mar lil hinn mir-rwol bażiku mogħti lilu fit-Trattati. Huwa jaġixxi bħala forum għas-suq uniku u, bl-appoġġ ta’ korpi oħra tal-UE, ospita sensiela ta’ avvenimenti ntiżi biex iqarrbu lill-UE lejn in-nies.

Organizzazzjoni

1. Il-Presidenza u l-Bureau

Kull sentejn u nofs, il-KESE jeleġġi bureau bi president u żewġ viċi presidenti magħżula minn kull wieħed mit-tliet gruppi b’rotazzjoni.

It-tmexxija tajba tal-ħidma tal-Kumitat hija r-responsabbiltà tal-president. Il-viċi presidenti, responsabbli għall-komunikazzjoni u għall-baġit, jassistu lill-president.

Il-president jirrappreżenta/tirrappreżenta lill-KESE fir-relazzjonijiet ma’ korpi esterni.

In-noti konġunti (relazzjonijiet mal-EFTA, is-CEECs, l-AMU, il-pajjiżi AKP, l-Amerka Latina u pajjiżi terzi oħra, u l-Ewropa għaċ-Ċittadini) jaqgħu taħt il-mandat tal-Bureau tal-KESE u tal-President.

Il-kompitu ewlieni tal-Bureau huwa li jorganizza u jikkoordina l-ħidma tal-korpi tal-KESE u li jistabbilixxi linji gwida ta’ politika għal din il-ħidma.

2. Sezzjonijiet

Il-Kumitat għandu sitt sezzjonijiet:

  • Unjoni Ekonomika u Monetarja u Koeżjoni Ekonomika u Soċjali (ECO)
  • Suq Uniku, Produzzjoni u Konsum (INT)
  • Trasport, Enerġija, Infrastruttura u Soċjetà tal-Informazzjoni (TEN)
  • Xogħol, Affarijiet Soċjali u Ċittadinanza (SOC)
  • Agrikoltura, Żvilupp Rurali u Ambjent (NAT)
  • Relazzjonijiet Esterni (REX)

Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI) ġiet inkorporata fl-istruttura tal-KESE wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA f’Lulju 2002.

3. Gruppi ta’ Studju

L-Opinjonijiet tas-sezzjonijiet jiġu abbozzati minn gruppi ta’ studju. Dawn normalment ikollhom 12-il membru, inkluż relatur. Il-membri tal-grupp ta’ studju jistgħu jiġu assistiti minn konsulenti.

4. Sottokumitati

Il-KESE għandu d-dritt iwaqqaf sottokumitati temporanji dwar kwistjonijiet speċifiċi. Dawn is-sottokumitati jaħdmu bl-istess mod bħas-sezzjonijiet.

5. Sessjoni plenarja

B’mod ġenerali, il-Kumitat jiltaqa’ disa’ darbiet fis-sena fil-plenarja. Fis-sessjonijiet plenarji, l-Opinjonijiet jiġu adottati b’maġġoranza sempliċi, abbażi tal-Opinjonijiet tas-sezzjonijiet. Dawn jintbagħtu lill-istituzzjonijiet u jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

6. Segretarjat Ġenerali

Il-Kumitat huwa appoġġjat minn segretarjat ġenerali, immexxi minn Segretarju Ġenerali li jirrapporta/tirrapporta lill-President li jirrappreżenta/tirrappreżenta lill-Bureau.

Il-KESE jimpjega madwar 700 membru tal-persunal. Mill-1 ta’ Jannar 1995 ’il hawn, il-KESE u l-Kumitat tar-Reġjuni jikkondividu xi servizzi, bħal-loġistika, l-IT u t-traduzzjoni.

Downloads

Discover what the EESC can do for you - 2023 Edition
2022 – A Year in Review
The PowerPoint presentation of the Committee 2021
The EESC in the interinstitutional framework
EESC meetings calendar 2023
Annual activity report 2022
Annual activity report 2021
Annual activity report 2020
Annual activity report 2019
Annual Activity Report 2018
Annual Activity Report 2017