You are here

Viċi President responsabbli għall-Komunikazzjoni

Isabel Caño Aguilar

  • Membru tat-trejdjunjin UGT (Unjoni Ġenerali tal-Ħaddiema).
  • Kap tal-Uffiċċju ta’ Brussell tal-Unjoni Ġenerali tal-Ħaddiema (UGT), u membru tas-Segretarjat Konfederali tal-Politika Internazzjonali fi ħdan l-UGT sa mill-1993. Monitoraġġ tal-politika Ewropea u tat-trejdjunjins. Relazzjonijiet bilaterali ma’ organizzazzjonijiet oħra tat-trejdjunjins u dawk soċjali.
  • Sostitut tal-KESE (Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew) (1997-2010), attiva f’oqsma bħall-iżvilupp rurali, l-ambjent, l-iżvilupp sostenibbli, l-edukazzjoni, it-taħriġ, l-enerġija, is-saħħa pubblika u s-soċjetà tal-informazzjoni.
  • Membru tal-KESE sa mill-21 ta’ Settembru 2010 fis-Sezzjonijiet Speċjalizzati TEN u NAT.
  • Grupp ta’ Studju Permanenti dwar il-Komunità Ewropea tal-Enerġija sa mill-2015.
  • Membru tal-Grupp ta’ Studju Permanenti dwar l-Aġenda Diġitali sa mit-twaqqif tiegħu.
  • Membru tad-delegazzjonijiet tal-KESE fil-Konferenzi dwar il-Klima tal-2013 u l-2017 (COPs ta’ Varsavja, Lima, Pariġi, Marrakexx u Bonn).
  • Membru tad-delegazzjonijiet tal-KESE fil-Forum Politiku ta’ Livell Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli. Nazzjonijiet Uniti, 2016 u 2017.
  • Membru tal-Bureau tas-Sezzjoni TEN sa mill-2010.
  • Viċi President tal-Osservatorju tal-Iżvilupp Sostenibbli sa mill-2013.
  • Viċi President tal-KESE responsabbli għall-Komunikazzjoni mill-2018 sal-2020.

Relatur tal-Opinjonijiet li ġejjin, fost oħrajn:

  • Qafas tal-UE dwar is-saħħa u l-applikazzjonijiet mobbli marbuta mal-kura tas-saħħa u l-benesseri
  • Is-soċjetà diġitali: aċċess, edukazzjoni, taħriġ, impjieg, għodod għall-ugwaljanza
  • Qafas tal-UE dwar is-saħħa u l-applikazzjonijiet mobbli marbuta mal-kura tas-saħħa u l-benesseri
  • Strateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima
  • Rapport dwar il-Proġett Bliet Intelliġenti.

Downloads