Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza (SOC)

Is-Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza (SOC) tħejji l-ħidma tal-KESE f’firxa ta’ oqsma ta’ politika, bħall-impjieg u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-edukazzjoni u t-taħriġ, id-drittijiet fundamentali u d-drittijiet taċ-ċittadini, is-saħħa u l-politika soċjali, id-drittijiet soċjali, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, il-kwistjonijiet marbuta mad-diżabilità, l-inklużjoni tar-Rom, il-migrazzjoni u l-asil, il-ġustizzja u l-affarijiet interni (inkluża l-immigrazzjoni).

L-attivitajiet prinċipali tas-sezzjoni jinkludu l-ħidma tagħha b’rabta mal-ġlieda kontra u l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-miżuri ta’ akkumpanjament, il-futur tax-xogħol kif ukoll b'rabta mal-migrazzjoni u l-asil. Is-Sezzjoni SOC tipprovdi wkoll is-segretarjat għall-Forum Ewropew dwar il-Migrazzjoni (EMF), li l-KESE jorganizza flimkien mal-Kummissjoni Ewropea.

Fil-korpi permanenti tas-sezzjoni, li huma l-Osservatorju tas-Suq tax-Xogħol (LMO), il-Grupp Ad Hoc dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Istat tad-Dritt (FRRL), il-Grupp ta' Studju Tematiku dwar l-Immigrazzjoni u l-Integrazzjoni (IMI), il-Grupp ta’ Studju Tematiku dwar id-Drittijiet marbuta mad-Diżabilità (DIS) u l-Grupp ta’ Studju Tematiku dwar l-Inklużjoni tar-Rom (ROMA), jitwettqu kompiti aktar speċjalizzati.

Downloads

SOC section priorities 2023-2025
End-of-mandate-report SOC 2020-2023