You are here

Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza (SOC)

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza (SOC) tħejji l-ħidma tal-KESE f’firxa ta’ oqsma ta’ politika, inklużi l-impjieg u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-migrazzjoni u l-asil, id-drittijiet fundamentali u d-drittijiet taċ-ċittadini u kwistjonijiet oħra marbuta mal-affarijiet soċjali bħalma huma l-politika soċjali u l-faqar, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, il-kwistjonijiet marbuta mad-diżabilità, l-inklużjoni tar-Rom, is-saħħa, il-ġustizzja u l-affarijiet interni (inkluża l-immigrazzjoni).

L-attivitajiet prinċipali tas-sezzjoni jinkludu l-ħidma tagħha b’rabta mal-migrazzjoni u l-asil, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-miżuri ta’ akkumpanjament kif ukoll b’rabta mal-futur tax-xogħol. Is-Sezzjoni SOC tipprovdi wkoll is-segretarjat għall-Forum Ewropew dwar il-Migrazzjoni (EMF), li l-KESE jorganizza flimkien mal-Kummissjoni Ewropea.

Fil-korpi permanenti tas-sezzjoni, li huma l-Osservatorju tas-Suq tax-Xogħol (LMO), il-Grupp ta’ Studju Temporanju dwar l-Immigrazzjoni u l-Integrazzjoni (IMI), il-Grupp ta’ Studju Temporanju dwar id-Drittijiet marbuta mad-Diżabilità (DIS) u l-Grupp ta’ Studju Temporanju dwar l-Inklużjoni tar-Rom (ROMA), jitwettqu kompiti aktar speċjalizzati.