Miżuri ta’ trasparenza

Fil-25 ta’ Ottubru 2022, il-Bureau tal-KESE ddeċieda fil-prinċipju dwar il-parteċipazzjoni tal-KESE fir-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE stabbilit mill-Ftehim Interistituzzjonali (FII) tal-20 ta’ Mejju 2021 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea.

Fil-21 ta’ Marzu, il-Bureau tal-KESE adotta deċiżjoni dwar il-konformità mar-Reġistru tat-Trasparenza li tinkludi tliet miżuri, jiġifieri:

  1. rakkomandazzjoni li l-membri fil-kariga tal-KESE jiltaqgħu biss ma’ partijiet interessati reġistrati;
  2. l-obbligu li l-membri fil-kariga tal-KESE jippubblikaw il-listi tal-laqgħat tagħhom;
  3. il-possibbiltà biex ir-relaturi tal-KESE jehmżu “impronta leġiżlattiva” mal-Opinjonijiet tagħhom.

Il-miżuri ta’ trasparenza deskritti hawn fuq jistgħu jitqiesu f’konformità mal-ispirtu tal-FII. Għalhekk, jistgħu jsaħħu l-immaġni tal-KESE li jimpenja ruħu għall-prinċipji etiċi tal-integrità, it-trasparenza, id-diliġenza, l-onestà u r-responsabbiltà, kif deskritt fl-Artikolu 1 tal-Kodiċi ta’ Kondotta tiegħu.

Din id-deċiżjoni ser tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2023.

Downloads

Transparency Measures
DECISION on the direct public access of EESC meeting minutes and attendance lists
Privacy statement - Office-holding members meetings
Privacy statement - Legislative footprint