Grupp Ad Hoc dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Il-Grupp Ad Hoc dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej twaqqaf bid-deċiżjoni tal-Bureau tas-17 ta’ Settembru 2013.

Il-kompitu tiegħu huwa li jidderieġi l-politika tal-KESE dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE), jiżgura li l-KESE jkollu rwol trasparenti u effettiv f’dan il-proċess interistituzzjonali, u jagħmel rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet istituzzjonali biex tiġi żviluppata aktar din l-għodda ġdida ta’ demokrazija parteċipattiva.

Il-Grupp Ad Hoc dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej kien strumentali fit-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet essenzjali, bħal li jiġu pprovduti traduzzjonijiet tad-deskrizzjonijiet tal-IĊE, jiġu mistiedna organizzaturi tal-IĊE għal-laqgħat tas-Sezzjonijiet u għas-sessjonijiet plenarji tal-KESE; huwa wkoll iżomm kuntatt regolari mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili billi jappoġġja b’mod attiv l-IĊE u ċ-ċittadinanza attiva.

Il-Grupp Ad Hoc dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej jorganizza erba’ laqgħat fis-sena, u jospita rappreżentant ta’ kampanja tal-IĊE li tkun għaddejja fi kważi kull laqgħa, sabiex iżomm kuntatt regolari mal-organizzaturi u jkollu għarfien aġġornat tal-esperjenza tal-IĊE.

Downloads

AHG ECI recommendation on ECI