European Economic
and Social Committee
#YEYS2021: Il-ġenerazzjoni żagħżugħa Ewropea tilqa’ l-isfidi u tagħti fehmtha dwar it-tibdil fil-klima
Studenti tal-iskola sekondarja mill-Ewropa kollha, li ħadu sehem f’Summit taż-Żgħażagħ dwar il-Klima organizzat f’format virtwali mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) fit-18-19 ta’ Marzu 2021, ressqu proposti konkreti lill-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans.
Iż-żgħażagħ Ewropej għandhom vuċi b’rabta mal-ġejjieni tal-UE: mingħajr is-sejħa tagħkom għal azzjoni, il-Patt Ekoloġiku Ewropew
ma setax iseħħ fil-prattika
, qal is-Sur Timmermans huwa u jintoduċi l-avveniment L-Ewropa Tiegħek, Leħnek 2021. Ninsab tassew impressjonat bil-fehim profond tagħkom tal-problema tat-tibdil fil-klima u bil-mod kif ippreżentajtuli l-proposti tagħkom; dan huwa l-mod kif ngħixu u nifhmu lil xulxin: huwa diffiċli immens li wieħed jobgħod persuna li tista’ tifhimha
, temm jgħid.
Wara jumejn ta’ diskussjonijiet u dibattiti virtwali mqanqla, aktar minn 234 student ta’ bejn is-16 u t-18-il sena li ħadu sehem f’#YEYS2021 żviluppaw rakkomandazzjonijiet konkreti, li wara ppreżentawhom matul sessjoni plenarja finali.
L-istudenti kellhom jassumu r-rwol ta’ grupp ta’ partijiet ikkonċernati f’simulazzjoni ta’ Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP), u jaħdmu flimkien ma’ gruppi oħrajn biex jiżviluppaw pjan li jrażżan it-tisħin globali għal livelli sikuri ta’ ferm inqas minn 1.5 °C sa tmiem is-seklu. Il-gruppi kienu jirrappreżentaw setturi u industriji reali, li l-attivitajiet u l-appoġġ tagħhom jinfluwenzaw it-tisħin globali:
- proposti kienu jinkludu:
- It-tħawwil ta’ siġar fil-belt u l-installazzjoni ta’ ġonna vertikali
- L-“Ecological-Manhattan-Project” għall-UE, b’investiment ta’ ammonti kbar f’teknoloġiji ġodda
- L-investiment f’aktar edukazzjoni għall-pubbliku ġenerali
- L-implimentazzjoni ta’ politiki mfassla apposta li jirrispondu għaċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull pajjiż
- L-appoġġ għall-afforestazzjoni bħala waħda mill-aktar soluzzjonijiet effiċjenti fit-tul għat-tneħħija tal-karbonju
- L-introduzzjoni tal-idroġenu u l-bijogass filwaqt li jiġu eliminati gradwalment il-fjuwils fossili
- It-tnaqqis tad-distakk bejn in-nazzjonijiet żviluppati u dawk li qed jiżviluppaw
Il-pjan finali mfassal miż-żgħażagħ Ewropej ippreveda żieda ta’ +1.4 °C fit-temperatura sal-2100, u b’hekk laħaq l-għan tal-eżerċizzju, u ġie ppreżentat minn tmien studenti.
L-istudenti ngħataw merħba minn Christa Schweng, President tal-KESE, li qalet: Għandi tama kbira għall-ġejjieni tal-Ewropa u ninsab fiduċjuża li l-ġenerazzjoni Ewropea li jmiss tinsab f’idejn tajba.
Neħtieġu tranżizzjoni ekoloġika lejn ekonomija ekoloġika li ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura. Biex niksbu dan, neħtieġu ċittadini attivi. Dan jibda bl-involviment taż-żgħażagħ
. Cillian Lohan, Viċi President tal-KESE inkarigat mill-komunikazzjoni, għalaq l-avveniment b’dawn il-kummenti: Nittama li l-esperjenza ta’ “L-Ewropa Tiegħek, Leħnek” tħajjarkom tkunu ċittadini attiv, għandna bżonn il-parteċipazzjoni tagħkom biex id-demokrazija tkun b’saħħitha. Il-moviment taż-żgħażagħ wera li l-bidla tista’ toriġina mit-toroq. Illum qed ngħinu lil dawk is-sejħiet għal aktar azzjoni biex jidwu mal-kurituri tal-poter
.
Matul l-avveniment, l-istudenti kellhom l-opportunità li jaqsmu l-ideat u l-fehmiet tagħhom ma’ mistednin differenti, bħall-attivisti klimatiċi Belġjani Anuna de Wever u Adelaide Charlier; Samuel Masse, President tal-Kunsill Ewropew tal-Bdiewa Żgħażagħ; u Ska Keller, Kopresident tal-Grupp tal-Ħodor/Alleanza Ħielsa Ewropea fil-Parlament Ewropew, li qalet: Mhux qed nivvintaw ir-rota mill-ġdid; hemm ħafna riċerka disponibbli! Nafu liema proċeduri għandhom jiġu adottati u implimentati fil-livell nazzjonali. Il-Liġi dwar il-Klima hija pass importanti ħafna! Dan kollu sar bis-saħħa tal-pressjoni esterna u l-involviment taż-żgħażagħ
.
Kuntest:
Wara li kien ikkanċellat minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19 f’Marzu 2020, l-avveniment ewlieni tal-Kumitat għaż-żgħażagħ fl-2021 għażel 33 skola, waħda minn kull wieħed mis-27 Stat Membru tal-UE u minn ħames pajjiżi kandidati (l-Albanija, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Montenegro, is-Serbja u t-Turkija) u waħda mir-Renju Unit.
Permezz ta’ din l-inizjattiva, il-KESE għandu l-għan li jiżgura li l-fehmiet, l-esperjenzi u l-ideat tal-ġenerazzjoni żagħżugħa jiġu kkunsidrati fit-tfassil tal-politika tal-UE.
Aktar dettalji dwar ‘L-Ewropa Tiegħek, Leħnek 2021’ jinsabu fil-paġna uffiċjali tal-avveniment.
Work organisation
Downloads
-
#YEYS2021: European Young generation takes up challenges and delivers its say on climate change
Recommended for you
Il-KESE jappella għal regolamentazzjoni b’saħħitha u ssemplifikata tal-kriptoassi
News
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jappoġġja żieda fir-regolamentazzjoni tal-kriptoassi, b’regoli robusti u koerenti biex l-investituri fl-UE jiġu protetti aħjar, f’konformità mal-miżuri attwali…
L-istrumentalizzazzjoni tal-migranti u l-kriżi tar-refuġjati tal-Ukrajna jappellaw għal bidu ġdid għall-politika dwar il-migrazzjoni
News
L-istrumentalizzazzjoni tal-migranti sostnuta mill-Istat, li għandha l-għan li tiddestabbilizza lill-UE, u l-gwerra attwali fl-Ukrajna, li wasslet għal influss bla preċedent ta’ refuġjati, jagħmluha…
“L-Ewropa Tiegħek, Leħnek” 2023: Iż-żgħażagħ jitolbu UE aktar trasparenti, diġitali u semplifikata
News
Fit-23 u l-24 ta’ Marzu, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) ospita l-14-il avveniment L-Ewropa Tiegħek, Leħnek!, li laqqa’ fi Brussell 105 studenti minn 35 skola mis-27 Stat Membru tal-UE…
Euro-Med – L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma essenzjali biex l-ekonomija u s-soċjetà jaħdmu tajjeb
News
Matul is-sessjoni plenarja ta’ Diċembru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) sar dibattitu dwar ir-rikostruzzjoni u r-reżiljenza tar-reġjun Ewro‑Mediterranju wara l-pandemija tal-COVID-19.…
Il-KESE jiftaħ l-applikazzjonijiet għall-Premju tiegħu għas-Soċjetà Ċivili li se jkun qed jindirizza s-saħħa mentali
News
L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-individwi u l-kumpaniji privati issa jistgħu jdaħħlu l-proġetti tagħhom mingħajr skop ta’ qligħ għall-premju tal-KESE ddedikat għall-appoġġ tal-benesseri…