Il-Kumitat ta’ Segwitu UE-Ġappun

Il-KESE jifforma parti mir-relazzjoni globali bejn l-UE u l-Ġappun u jikkontribwixxi billi jindirizza kwistjonijiet relatati mar-rwol tas-soċjetà ċivili u billi jippromovi d-djalogu soċjoekonomiku u d-demokrazija parteċipattiva. Twaqqaf Kumitat ta’ Segwitu UE-Ġappun bil-għan li jwettaq din il-ħidma u jżomm ir-relazzjonijiet mas-soċjetà ċivili fil-Ġappun. Peress li m’hemmx istituzzjoni Ġappuniża ekwivalenti għall-KESE, l-imsieħba tal-KESE fil-Ġappun jinkludu msieħba soċjali, partijiet ikkonċernati oħra soċjoekonomiċi, organizzazzjonijiet ambjentali, soċjali u taż-żgħażagħ, universitajiet Ġappuniżi, istituti akkademiċi u oħrajn.

Qed jiġu organizzati, fuq bażi regolari, missjonijiet fl-Ġappun u seminars, li jsiru darba fi Brussell u darba fil-Ġappun.