European Economic
and Social Committee
Trasparenza fil-pagi: miżuri vinkolanti huma meħtieġa iżda mhumiex biżżejjed biex titnaqqas id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi
Il-KESE jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar trasparenza fil-pagi vinkolanti, iżda jqis li d-Direttiva proposta għandha tissaħħaħ f’diversi oqsma u għandhom jittieħdu aktar miżuri biex jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi.
Fl-Opinjoni tiegħu adottata fid-9 ta’ Ġunju, il-KESE jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva dwar miżuri vinkolanti ta’ trasparenza fil-pagi, li tgħin lill-ħaddiema jinfurzaw id-dritt tagħhom għal paga ugwali f’każijiet fejn kienu vittmi ta’ diskriminazzjoni fil-paga.
Madankollu, il-KESE jikkunsidra li d-direttiva proposta teħtieġ tissaħħaħ f’numru ta’ oqsma, inklużi l-kriterji użati biex jiġi ddeterminat il-valur tax-xogħol, l-ambitu ta’ xi miżuri ta’ trasparenza u r-rwol tal-imsieħba soċjali u n-negozjar kollettiv.
Paga ugwali u xogħol ta' valur ugwali
Il-prinċipju ta’ “paga ugwali għal xogħol ugwali” japplika għal “kategoriji ta’ ħaddiema” li, skont il-proposta tal-Kummissjoni, huma speċifikati minn min iħaddem. Il-KESE jemmen li huwa kruċjali li jkun hemm mekkaniżmi biex jiġi żgurat li l-kategoriji ta’ ħaddiema jiġu determinati b’mod newtrali mil-lat tal-ġeneru, li jinvolvi t-trade unions u r-rappreżentanti tal-ħaddiema, skont il-liġi u l-prattika nazzjonali.
Miżuri oħrajn immirati biex jindirizzaw il-kwistjonijiet strutturali fil-qofol tad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi għandhom jinkludu wkoll il-garanzija ta’ kura tat-tfal adegwata u aċċessibbli, inizjattivi ta’ sensibilizzazzjoni, l-iżgurar ta’ rappreżentanza aħjar tan-nisa f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, u l-eliminazzjoni ta’ diżinċentivi relatati mat-taxxa għall-impjieg tan-nisa. L-istorja sħiħ fuq il-web hija disponibbli hawnhekk. (na)