Il-kriżi tal-COVID-19 uriet kemm hija importanti s-solidarjetà bejn l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet u ċ-ċittadini tal-UE. Fid-dawl ta’ din l-esperjenza, niddiskutu għalfejn il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, li għadha kemm bdiet, hija pass ġdid u importanti biex naħsbu flimkien dwar il-futur Ewropew komuni tagħna.

Il-President tal-KESE Christa Schweng tistabbilixxi n-narrattiva ġdida dwar l-Ewropa li l-KESE ser ikun qed jiddiskutu fir-rwol tiegħu bħala osservatur fuq il-bord eżekuttiv tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u timpenja ruħha biex timmobilizza n-network estensiv tal-Kumitat saiex tiġi żgurata l-usa’ parteċipazzjoni possibbli.

Guy Verhofstadt, MEP, membru tal-bord eżekuttiv tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u eks Prim Ministru Belġjan, li fl-2001 ppropona d-Dikjarazzjoni ta’ Laeken, li nediet il-Konvenzjoni Ewropea, jenfasizza wkoll li l-Ewropa tinsab f'salib it-toroq – li issa wasal iż-żmien biex l-Ewropa tikteb id-direzzjoni tal-futur tagħha flimkien maċ-ċittadini.

Lorenzo Consoli, korrespondent tal-UE u espert ta’ prima klassi fl-affarijiet Ewropej, qal li matul it-30 sena li ilu Brussell, qatt ma ra lill-UE timpenja ruħha f'eżerċizzju demokratiku pan-Ewropew tant ambizzjuż. (dm)