Il-Kumitat Konsultattiv għaż-Żona Ekonomika Ewropea

This page is also available in

Il-Kumitat Konsultattiv taż-Żona Ekonomika Ewropea jifforma parti mill-Ftehim ŻEE (Artikolu 96) u nħoloq meta l-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1994. Jirrappreżenta lil min iħaddem, lill-ħaddiema u atturi oħra tas-soċjetà ċivili fl-istati membri taż-ŻEE. Il-membri mhux tal-UE jinkludu lill-Iżlanda, lil-Liechtenstein u lin-Norveġja. L-Iżvizzera tibgħat osservaturi.

Il-Kumitat jinkludi rappreżentanti tal-KESE u tal-Kumitat Konsultattiv tal-EFTA. Il-Kumitat Konsultattiv taż-ŻEE jiltaqa’ darba fis-sena.

F’kull waħda mil-laqgħat tiegħu, il-Kumitat Konsultattiv taż-ŻEE jadotta riżoluzzjonijiet u rapporti relatati ma’ diversi aspetti tas-suq intern, kif ukoll ma’ żviluppi importanti fiż-ŻEE. Ir-riżoluzzjonijiet jintbagħtu lill-Kunsill taż-ŻEE għall-informazzjoni.