L-indirizzar tal-produzzjoni u l-konsum tal-ikel sostenibbli timplika mhux biss li tkun żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-ikel, iżda wkoll il-promozzjoni ta’ sistemi tal-ikel aktar favur l-ambjent, reżiljenti, b’saħħithom u ġusti.
Il-Grupp ta’ Studju Tematiku dwar Sistemi tal-Ikel Sostenibbli twaqqaf fl-2012 bħala l-Grupp ta’ Studju Permanenti dwar is-Sigurtà tal-Ikel, u għandu l-għan li jindirizza l-konsegwenzi ekonomiċi, ambjentali u soċjali tal-produzzjoni u l-konsum tal-ikel permezz ta’ approċċ ta’ politika aktar komprensiv, pereżempju bil-promozzjoni ta’ produzzjoni agrikola sostenibbli, l-iżgurar ta’ aċċess għal ikel tajjeb għas-saħħa u nutrittiv, il-garanzija ta’ trattament ġust tal-atturi ekonomiċi kollha fil-katina tal-provvista tal-ikel u t-tnaqqis tal-ħela tal-ikel. Dan l-għan ġenerali jirrifletti wkoll l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli fi ħdan l-Aġenda 2030 tan-NU, li jipprovdu qafas kruċjali għal azzjoni konġunta bil-għan li l-popolazzjoni tad-dinja tiekol b’mod sostenibbli sal-2030.
Permezz ta’ Opinjonijiet, laqgħat u seduti, il-Grupp ta’ Studju Tematiku jiffaċilita u jippromovi d-djalogu bejn diversi partijiet interessati tul il-katina tal-ikel (inklużi l-bdiewa, il-ħaddiema, dawk li jipproċessaw l-ikel, il-bejjiegħa bl-imnut u l-konsumaturi) dwar il-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq.