Grupp ta’ Studju Tematiku dwar l-Enerġija

Il-Grupp ta’ Studju Tematiku dwar l-Enerġija għandu l-għan li jorbot l-aġenda tal-KESE dwar kwistjonijiet tal-enerġija mal-kuntest usa’ tal-politiki tal-enerġija tal-UE u li jirrakkomanda rwol b’saħħtu għas-soċjetà ċivili sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni tal-enerġija b’suċċess.

Il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-tfassil tal-politika u l-implimentazzjoni tagħha żżid is-sjieda, ittejjeb il-proċess u tgħin biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika tal-enerġija tal-UE. Biex jippromovu djalogu bħal dan, il-membri tal-Grupp ta’ Studju Tematiku jorganizzaw seduti u konferenzi, u jipparteċipaw b’mod attiv f’avvenimenti minn organizzazzjonijiet esterni. Il-KESE laqa’ b’sodisfazzjon il-qafas tal-Unjoni tal-Enerġija tal-Kummissjoni Ewropea u involva ruħu fih permezz ta’ -Opinjonijiet, avvenimenti u seduti pubbliċi speċifiċi għas-settur u trasversali.