L-Ewropa

This page is also available in:

Fl-Ewropa, il-KESE għandu relazzjonijiet mal-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-Balkani tal-Punent, il-Viċinat tal-Lvant, l-Istati taż-ŻEE-EFTA tal-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, u r-Renju Unit.

Il-Kumitat taʼ Segwitu Balkani tal-Punent – korp intern permanenti tal-KESE – huwa l-istrument ewlieni għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-KESE fʼdan ir-reġjun. Il-Forum tas-Soċjetà Ċivili tal-Balkani tal-Punent, li jiġi organizzat kull sentejn, huwa parti mill-ħidma tal-Kumitat taʼ Segwitu.

Il-KESE jaħdem ukoll bʼmod bilaterali mal-pajjiżi fil-Balkani tal-Punent li bdew in-negozjati tal-adeżjoni u mat-Turkija, permezz taʼ korpi speċjalizzati stabbiliti abbażi tal-ftehimiet taʼ assoċjazzjoni  bejn dawn il-pajjiżi u l-UE: l-għan taʼ dawn il-Kumitati Konsultattivi Konġunti huwa li jinvolvu lill-imsieħba soċjali u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ tal-proċessi taʼ qabel l-adeżjoni u taʼ riforma għal sħubija possibbli fl-UE. Kull korp huwa magħmul minn għadd ugwali taʼ membri mill-KESE u mill-pajjiż imsieħeb, u normalment jiltaqaʼ darba jew darbtejn fis-sena.

Il-KESE waqqaf ukoll il-Kumitat taʼ Segwitu Ġirien tal-Lvant, li huwa korp intern responsabbli għat-titjib tar-relazzjonijiet mas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi tar-reġjun, jiġifieri l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Georgia, il-Moldova, u l-Ukrajna.

Il-mekkaniżmi ewlenin taʼ kooperazzjoni mal-Armenja, il-Georgia, il-Moldova, u l-Ukrajna huma l-Pjattaformi tas-Soċjetà Ċivili li jippermettu lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kemm mill-UE kif ukoll mill-pajjiżi msieħba jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-ftehimiet tal-UE maʼ dawn il-pajjiżi u jabbozzaw rakkomandazzjonijiet għall-awtoritajiet rilevanti. Barra minn hekk, l-Ukrajna u l-Moldova saru pajjiżi kandidati fl-2022.

Fir-rigward tal-Belarussja u r-Russja, qed jiġu żviluppati relazzjonijiet mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li għadhom jaħdmu bʼmod liberu u li fil-biċċa l-kbira jinsabu fit-territorju tal-UE. Il-KESE jqis li huwa importanti li d-djalogu jinżamm ħaj sakemm ikun hemm kundizzjonijiet aħjar fil-futur.

Iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) tlaqqaʼ flimkien l-Istati Membri tal-UE u t-tliet Stati taż-ŻEE-EFTA (l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja) fʼsuq intern li jippermetti l-moviment liberu tal-prodotti, is-servizzi, il-kapital u l-persuni. Il-KESE jagħmel parti mill-Kumitat Konsultattiv taż-Żona Ekonomika Ewropea, li fi ħdanu jiġu diskussi kwistjonijiet taʼ interess komuni mar-rappreżentanti tal-imsieħba soċjali mill-Istati taż-ŻEE-EFTA.

Fl-aħħar, il-KESE għandu Kumitat taʼ Segwitu UE-Renju Unit responsabbli għall-monitoraġġ tar-relazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda taʼ Fuq mill-perspettiva tas-soċjetà ċivili. Il-ħidma tiegħu hija partikolarment iffokata fuq l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea u l-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda taʼ Fuq, li dwarhom għaddejja konverżazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tar-Renju Unit. Il-ħidma tal-Kumitat taʼ Segwitu tiffoka wkoll fuq l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit, li dwaru l-Kumitat taʼ Segwitu UE-Renju Unit jikkoopera mal-Grupp Konsultattiv Domestiku tal-UE bʼrabta mal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit.

  • Event type
    Meeting

    The constitutive meeting of the EU Civil Society Domestic Advisory Group under the EU-Ukraine DCFTA took place on 22 November at the EESC premises. The meeting was chaired by Mr Alfredas Jonuška until the election of the new chair of the group.

  • -
    Event type
    JCC Meeting
  • Event type
    Public hearing
  • Event type
    JCC Meeting
  • Event type
    Meeting
  • Event type
    Meeting
  • -
    Event type
    JCC Meeting
  • Event type
    Meeting
  • Event type
    Meeting
  • Event type
    Meeting

    Representatives of the European and Georgian Domestic Advisory Groups (DAGs), set up under the Trade and Sustainable Development Chapter of the Association Agreement between the European Union and Georgia, held their first joint meeting in Tbilisi on 26 January 2016. The participants expressed their commitment to fulfil the mandate foreseen in the Trade and Sustainable Development Chapter of the Association Agreement, namely to monitor the implementation of the Chapter and to provide advice to the Parties to the Agreement.