Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt UE-Montenegro

This page is also available in

Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt UE-Montenegro huwa pjattaforma tas-soċjetà ċivili stabbilita bejn il-KESE u s-soċjetà ċivili fil-Montenegro (imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili oħra). Il-mandat tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt (JCC) joriġina mid-Deċiżjoni Nru 1/2011 tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni tal-20 ta’ Ġunju 2011 bejn l-UE u l-Montenegro, li temenda d-Deċiżjoni Nru 1/2010, li tadotta r-regoli ta’ proċedura tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni. Il-JCC tas-Soċjetà Ċivili jikkomplementa, mill-perspettiva tas-soċjetà ċivili, il-qafas istituzzjonali tal-UE relatat mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Montenegro. Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt tas-Soċjetà Ċivili jinkludi membri minn kull naħa.

Il-JCC jippermetti lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili miż-żewġ naħat jissorveljaw it-triq tal-Montenegro lejn l-UE u jadottaw rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Gvern tal-Montenegro u lill-istituzzjonijiet tal-UE.