European Economic
and Social Committee
Il-Kumitat ta' Segwitu Kummerċ Internazzjonali
Fil-fehma tal-Kumitat ta' Segwitu Kummerċ Internazzjonali, bil-qafas ta’ politika adatt fis-seħħ, il-kummerċ jista’ jkun mutur effettiv tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp sostenibbli. Il-kummerċ se jkollu rwol essenzjali biex jippromovi rkupru ekonomiku sostenibbli mill-kriżi tal-COVID-19 u jippermetti lill-kumpaniji jibnu mill-ġdid u jorganizzaw mill-ġdid il-ktajjen tal-valur tagħhom, li sofrew tfixkil. Waħda mill-isfidi ewlenin għal dan il-Kumitat se tkun li jiġġestixxi l-għadd dejjem jikber ta’ kwistjonijiet kummerċjali u l-kamp ta’ applikazzjoni ġeografika wiesa' tiegħu (in-network kummerċjali tal-UE u lil hinn). Il-Kumitat ta' Segwitu Kummerċ Internazzjonali se jagħti attenzjoni partikolari lill-infurzabbiltà effettiva tal-elementi kollha tal-ftehimiet kummerċjali, bħala prekundizzjoni biex jiġu salvagwardjati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni mal-imsieħba kummerċjali.