Il-Kumitat ta' Segwitu UE-AKP

Il-Kumitat ta’ Segwitu UE-AKP huwa magħmul minn membri tal-KESE u rappreżentanti tal-gruppi ta’ interess ekonomiku u soċjali tal-AKP; dawn tal-aħħar jiġu nnominati minn organizzazzjonijiet internazzjonali ta’ min iħaddem, il-ħaddiema, il-bdiewa, il-konsumaturi u l-kooperattivi.

Dan il-kumitat ta’ segwitu, li jiltaqa’ b’mod regolari, huwa responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ diversi attivitajiet ma’ gruppi ta’ interess ekonomiku u soċjali tal-AKP. Huwa jmexxi lill-KESE fejn jidħol it-twettiq tal-mandat mogħti lilu skont il-Protokoll 1(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija ta’ Cotonou: “Laqgħat ta’ konsultazzjoni u laqgħat tal-operaturi ekonomiċi u soċjali AKP-UE għandhom ikunu organizzati mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tal-Unjoni Ewropea.”

Il-Kumitat ta’ Segwitu UE-AKP huwa wkoll responsabbli biex imexxi r-relazzjonijiet u l-attivitajiet f’livell pan-Afrikan (laqgħat tal-gruppi ta’ interess ekonomiku u soċjali Afrika-UE u relazzjonijiet mal-Kumitat Ekonomiku, Soċjali u Kulturali tal-Unjoni Afrikana).

Downloads

Programme 2020-2023