Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt UE-Ċilì

Ir-relazzjonijiet tal-UE maċ-Ċilì huma fost l-eqreb li hemm fir-reġjun. Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ffirmat fl-2002 jikkaratterizza waħda mill-aktar assoċjazzjonijiet li ilhom fis-seħħ, u huwa probabbli li l-aġġornament tiegħu, li ser isir dalwaqt, ser isaħħaħ ir-rabtiet bejn iż-żewġ partijiet. Il-KESE kellu kuntatti fluwidi mas-soċjetà ċivili Ċilena matul is-snin, l-iżjed permezz ta’ laqgħat biennali tas-soċjetà ċivili organizzata bejn l-UE u l-Amerika Latina.

Sa minn Ottubru 2016, din ir-relazzjoni ħadet il-forma ta’ Kumitat Konsultattiv Konġunt, li jikkaratterizza djalogu aktar mill-qrib u aktar strutturat bejn is-soċjetà ċivili fiż-żewġ reġjuni u mal-awtoritajiet politiċi rispettivi tagħhom. Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt ġie stabbilit bejn il-KESE u l-imsieħba u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili taċ-Ċilì. Huwa magħmul minn membri minn kull naħa, rappreżentanti ta’ min iħaddem, organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u gruppi ta’ interess oħrajn. Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt jiltaqa’ darba fis-sena biex jiddibatti u jippermetti lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili miż-żewġ naħat jiddiskutu suġġetti ta’ interess komuni u jsegwu l-modernizzazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni.

Downloads

Letter of the Chilean part of the JCC on Ukraine