Il-proċedura pass b’pass

This page is also available in

Mass. 4 xhur /  Min. 4 ġimgħat

Organizzatur

  • Imla u ibgħat il-formola onlajn.
  • Meta tippjana l-avveniment tiegħek, jekk jogħġbok ara li żżomm mas-sigħat tax-xogħol tal-KESE: 9 a.m. – 5.30 p.m.
  • u t-tul tal-waqfa għall-ikla ta’ nofsinhar (siegħa u nofs).

Il-koordinatur tal-KESE

jivverifika:

  • id-disponibbiltà tal-kmamar,
  • l-interess tas-Sezzjoni u d-disponibbiltà tal-membri,

jibgħat:

  • email ta’ konferma lill-organizzaturi bid-dokumenti kollha u l-iskadenzi mitluba.

Ġimagħtejn qabel

Organizzatur

Ibgħat lill-koordinatur tal-KESE:

  •  l-abbozz ta’ aġenda jew l-aġenda finali,
  •  il-ħtiġijiet tekniċi (USB, projettur, rikordjar, mikrofoni, eċċ.),
  •  il-polza tal-assigurazzjoni (responsabbiltà ċivili li tkopri kwalunkwe dannu materjali għal dakinhar tal-avveniment).

Ħu ħsieb il-forniment tal-ikel u x-xorb (ikkuntattja lil Sodexo jew fornitur estern) – tinsiex tipprovdi l-ilma fil-kamra tal-laqgħa.

Il-koordinatur tal-KESE

Jieħu ħsieb:

  • l-aspetti tekniċi,
  • kwalunkwe talba oħra.

5 ijiem ta’ xogħol qabel

Organizzatur

Ibgħat:

  • il-lista tal-parteċipanti
  • isem u kunjom
  • numru tal-karta tal-identità
  • ċittadinanza
  • pajjiż ta’ residenza
  • mudell tal-baġġ
  • l-aħħar aġenda

Il-koordinatur tal-KESE

Jibgħat il-lista tal-parteċipanti lid-Dipartiment tas-Sigurtà biex jiżgura l-aċċess.

Dakinhar tal-avveniment

Organizzatur

  • irreġistra l-parteċipanti
  • ivverifika d-data personali
  • oħroġ il-baġġijiet
  • arma t-tabelli (jekk ikun meħtieġ)

Il-koordinatur tal-KESE

Ikun disponibbli għal kwalunkwe parir jew koordinazzjoni matul l-avveniment.

Ġimagħtejn wara l-avveniment

Organizzatur

  • ħejji r-rapport bil-konklużjonijiet tal-avveniment
  • ibgħat ir-rapport lill-koordinatur tal-KESE.

Il-koordinatur tal-KESE

Iqassam ir-rapport:

  • permezz tas-sit web tal-KESE,
  • internament lis-Sezzjonijiet ikkonċernati.