European Economic
and Social Committee
Il-proċedura pass b’pass
Mass. 4 xhur / Min. 4 ġimgħat
Organizzatur
- Imla u ibgħat il-formola onlajn.
- Meta tippjana l-avveniment tiegħek, jekk jogħġbok ara li żżomm mas-sigħat tax-xogħol tal-KESE: 9 a.m. – 5.30 p.m.
- u t-tul tal-waqfa għall-ikla ta’ nofsinhar (siegħa u nofs).
Il-koordinatur tal-KESE
jivverifika:
- id-disponibbiltà tal-kmamar,
- l-interess tas-Sezzjoni u d-disponibbiltà tal-membri,
jibgħat:
- email ta’ konferma lill-organizzaturi bid-dokumenti kollha u l-iskadenzi mitluba.
Ġimagħtejn qabel
Organizzatur
Ibgħat lill-koordinatur tal-KESE:
- l-abbozz ta’ aġenda jew l-aġenda finali,
- il-ħtiġijiet tekniċi (USB, projettur, rikordjar, mikrofoni, eċċ.),
- il-polza tal-assigurazzjoni (responsabbiltà ċivili li tkopri kwalunkwe dannu materjali għal dakinhar tal-avveniment).
Ħu ħsieb il-forniment tal-ikel u x-xorb (ikkuntattja lil Sodexo jew fornitur estern) – tinsiex tipprovdi l-ilma fil-kamra tal-laqgħa.
Il-koordinatur tal-KESE
Jieħu ħsieb:
- l-aspetti tekniċi,
- kwalunkwe talba oħra.
5 ijiem ta’ xogħol qabel
Organizzatur
Ibgħat:
- il-lista tal-parteċipanti
- isem u kunjom
- numru tal-karta tal-identità
- ċittadinanza
- pajjiż ta’ residenza
- mudell tal-baġġ
- l-aħħar aġenda
Il-koordinatur tal-KESE
Jibgħat il-lista tal-parteċipanti lid-Dipartiment tas-Sigurtà biex jiżgura l-aċċess.
Dakinhar tal-avveniment
Organizzatur
- irreġistra l-parteċipanti
- ivverifika d-data personali
- oħroġ il-baġġijiet
- arma t-tabelli (jekk ikun meħtieġ)
Il-koordinatur tal-KESE
Ikun disponibbli għal kwalunkwe parir jew koordinazzjoni matul l-avveniment.
Ġimagħtejn wara l-avveniment
Organizzatur
- ħejji r-rapport bil-konklużjonijiet tal-avveniment
- ibgħat ir-rapport lill-koordinatur tal-KESE.
Il-koordinatur tal-KESE
Iqassam ir-rapport:
- permezz tas-sit web tal-KESE,
- internament lis-Sezzjonijiet ikkonċernati.