European Economic
and Social Committee
Sħubijiet
Jekk int...
- organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili
jew
- istituzzjoni tal-UE li tikkoopera ma’ organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili
U qed torganizza xi avveniment...
- rilevanti għall-ħidma tal-KESE
- relatat mal-politiki tal-UE
- rilevanti ħafna għall-kwistjonijiet tas-soċjetà ċivili
... allura tista’ tapplika għal sħubija mal-KESE.
X’għandek tagħmel?
- Aqra t-taqsima “Il-proċedura pass b’pass” b’attenzjoni u ara li tkun tista’ tikkonforma mal-kundizzjonijiet kollha msemmija hawn fuq.
- Imla u ibgħat il-formola onlajn.
- It-talba tiegħek tiġi analizzata u mbagħad tirċievi d-deċiżjoni.
- Jekk għandek aktar mistoqsijiet, ibgħat e-mail hawnhekk: partnerships@eesc.europa.eu
DIKJARAZZJONI TA’ ĊAĦDA TA’ RESPONSABBILTÀ
L-awtorizzazzjoni tista’ tiġi rtirata fi kwalunkwe ħin għal raġunijiet ta’ sigurtà jew jekk ma tkunx konformi mal-Linji Gwida, mingħajr ma l-organizzaturi jkunu intitolati li jitolbu xi kumpens.
Obbligi tal-organizzaturi:
- li jimlew il-formola u jaċċettaw il-kundizzjonijiet kollha relatati mal-organizzazzjoni ta’ sħubija
- li jagħtu l-informazzjoni u d-dokumenti kollha mitluba qabel l-iskadenzi msemmija fit-taqsima Il-proċedura pass b’pass”
- li b’mod espliċitu jimpenjaw ruħhom li ma jitolbu l-ebda miżata ta’ reġistrazzjoni għal avvenimenti organizzati fil-bini tal-KESE
- li jżommu mas-sigħat ta’ ħidma tal-KESE (9 a.m.– 5.30 p.m.) u l-waqfa għall-ikla ta’ nofsinhar (minimu siegħa u nofs) meta jippjanaw l-avveniment tagħhom
- li jużaw il-logo tal-KESE fid-dokumenti, il-banners u l-baġġijiet ta’ aċċess kollha relatati mal-avveniment
- li jiżguraw proċedura ta’ reġistrazzjoni komprensiva fil-jum tal-avveniment (l-iċċekkjar tal-identitajiet mal-lista ta’ karti tal-identità qabel ma tinħareġ baġġ)
- li jistallaw il-grafika u l-banners
- li jiżguraw li l-kamra użata tiġi rritornata fl-istat oriġinali tagħha wara l-laqgħa
- li jibagħtu rapport dwar l-avveniment lill-KESE
Arranġamenti prattiċi
- il-post: kmamar tal-laqgħa – kapaċità sa 180
- il-faċilitajiet tekniċi: kompjuter, projettur, reġistrazzjoni bl-awdjo u l-vidjo, kmamar tal-interpretazzjoni eċċ.
X’ma jipprovdix il-KESE:
- l-interpretazzjoni
- l-ikel u x-xorb
- il-pannelli għall-flipcharts u l-baġġijiet
- ħżin ta’ kwalunkwe tip
- il-grafika
- il-proċedura ta’ reġistrazzjoni