Forum Ewropew dwar il-Migrazzjoni

This page is also available in

F’Jannar 2015, il-KESE, bil-kooperazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, organizza l-ewwel edizzjoni tal-Forum Ewropew dwar il-Migrazzjoni. Dan żviluppa mill-Forum Ewropew dwar l-Integrazzjoni liema forum, bejn l-2009 u l-2014, b’kollox ġie organizzat 11-il darba.

Il-Forum Ewropew dwar il-Migrazzjoni huwa pjattaforma għal djalogu bejn is-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet Ewropej dwar kwistjonijiet relatati mal-migrazzjoni, l-asil u l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Mill-inqas darba fis-sena, dan il-forum ilaqqa’ flimkien rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE.

L-għan tal-Forum huwa li jtejjeb il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-atturi prinċipali involuti fil-governanza Ewropea f’diversi livelli tal-migrazzjoni. Huwa għandu l-għan li jipprovdi aktar informazzjoni dwar l-aħħar żviluppi tal-politika iżda wkoll li jiġbor l-informazzjoni dwar kif il-politiki Ewropew huma implimentati fil-livell reġjonali, lokali u f’dak l-eqreb taċ-ċittadini; dan għandu jgħin biex itejjeb il-fehim tal-isfidi ewlenin li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali jiffaċċjaw fil-qasam u jidentifika modi sabiex dawn jiġu appoġġjati aħjar fl-isforzi tagħhom biex jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-migranti.

Is-segretarjat tal-Forum huwa pprovdut mill-persunal tas-Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza (SOC) tal-KESE.