Grupp ta’ Studju Tematiku dwar it-Trasport

This page is also available in

Il-Grupp ta’ Studju Tematiku dwar it-Trasport jaġixxi bħala grupp ta’ riflessjoni intern għas-Sezzjoni TEN dwar kwistjonijiet ta’ trasport, b’mod partikolari bħala korp biex jantiċipa sfidi ġodda, u jiżviluppa u janalizza mill-ġdid ideat u kunċetti ġodda. Dan ifisser li l-Grupp ta’ Studju Tematiku dwar it-Trasport ifittex li jirrifletti dwar perspettivi u ideat, kif ukoll dwar ir-rwol ġenerali li l-KESE – bħala rappreżentant tas-soċjetà ċivili tal-Ewropa – jista’ jkollu fit-tiswir tal-ġejjieni tat-trasport tal-Ewropa.

Il-Grupp ta’ Studju Tematiku dwar it-Trasport qed jaħdem fuq is-suġġetti li ġejjin:

Djalogu parteċipattiv dwar il-politika tat-TEN-T

Il-Grupp ta’ Studju Tematiku dwar it-Trasport jagħmel ħiltu biex jistabbilixxi djalogu bejn l-awtoritajiet, il-partijiet ikkonċernati u s-soċjetà ċivili dwar il-kurituri tan-network ewlieni tat-TEN-T. Il-kunċett ingħata bidu fil-konferenza ta’ Malmö dwar “It-tiswir tal-ġejjieni tal-kurituri tan-network ewlieni” u ġie affermat mill-ġdid fil-konferenza ta’ Milan dwar “Djalogu mtejjeb għal trasport intelliġenti u sostenibbli”.

Il-pjattaforma online “Nitħaddtu dwar it-trasport” tnediet biex issostni dan id-djalogu parteċipattiv minn żewġ naħat.

Trasport sostenibbli

Il-Ftehim ta’ Pariġi tal-COP21 jorbot lill-firmatarji kollha biex iħaffu l-pass tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Dan it-tnaqqis jiddependi l-aktar mit-trasport, it-tieni l-akbar settur b’emissjonijiet ta’ gassijiet serra. B’dan il-ħsieb, il-Grupp ta’ Studju Tematiku analizza “L-impatt tal-konklużjonijiet tal-COP21 dwar il-politika Ewropea tat-trasport (TEN/582)”, segwit mill-Opinjoni “ Id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport (TEN/609)”.

Il-pakkett tal-mobilità

Il-Grupp ta’ Studju Tematiku dwar it-Trasport kien imsieħeb importanti għar-relaturi tal-pakkett tal-mobilità u jissorvelja mill-qrib it-temi tal-“pakkett tal-mobilità” 2017 tal-Kummissjoni Ewropea, bħall-miżuri tal-aċċess għas-suq, l-infurzar tal-leġiżlazzjoni soċjali u l-pedaġġ tat-triq.

Downloads

Presentation of the PSG