Kif tirreaġixxi l-ekonomija jekk niżguraw standards minimi komuni għall-qgħad madwar l-Ewropa?

Mill-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Il-pandemija li għaddejja bħalissa tal-coronavirus biddlet kriżi fil-bogħod f’dipressjoni ekonomija veru u proprja, fejn kien hemm l-akbar tnaqqis fil-PDG fi żminijiet ta’ paċi, f’dan l-aħħar seklu, u fejn miljuni ta’ persuni spiċċaw fi skemi differenti ta’ qgħad jew ta’ impjieg part time. Minkejja r-rwol tagħhom biex itaffu l-biċċa l-kbira tal-impatt, is-sistemi soċjali tagħna ġeneralment huma ppreparati ħażin daqs kemm kienu ppreparati ħażin is-sistemi tagħna tas-saħħa għall-pandemija, hekk kif iddgħajfu serjament minn snin ta’ awsterità mill-kriżi tal-2008.

Barra minn hekk, il-miżuri fis-seħħ biex jiġu protetti l-ħaddiema u xogħolhom mhumiex l-istess, bil-ħaddiema f’impjiegi l-aktar prekarji ta’ spiss jispiċċaw barra l-iskemi tradizzjonali ta’ protezzjoni – bħal dawk li jaħdmu fis-settur tal-kunsinni u f’“forom ġodda ta’ xogħol”

Is-sistema tal-benefiċċji tal-qgħad mhijiex biss frammentata fil-pajjiżi, iżda wkoll bejn il-pajjiżi: hemm differenzi kbar fid-durata u l-kopertura tal-benefiċċji, kif ukoll fis-sostituzzjoni, jiġifieri s-sehem tas-salarju preċedenti riċevut. L-istudju kkummissjonat mill-Grupp tal-Ħaddiema janalizza kif l-ekonomija kollha kemm hi fl-UE, u fil-pajjiżi individwali, tirreaġixxi jekk is-sistemi tal-qgħad ikollhom livell minimu komuni ta’ kopertura, durata u sostituzzjoni, biex jiġi żgurat standard minimu komuni għall-ħaddiema fl-Ewropa. Bl-użu ta’ mudelli makroekonomiċi, l-istudju janalizza l-ipoteżi fil-kuntest tal-kriżi tal-2008, f’ċiklu baġitarju sħiħ, u aktar rilevanti llum, fil-waqgħa tal-ekonomija minħabba l-pandemija.

Ir-riżultati juru biċ-ċar li l-impatt fuq l-ekonomija jkunu pożittivi, ħafna iktar jekk jintużaw flimkien ma’ politiki soċjali oħra, fejn tiġi żgurata l-protezzjoni tal-impjiegi u tiġi evitata riċessjoni ekonomika oħra. Tista’ ssib l-istudju u d-dettalji kollha f'din il-link.