Ir-Renju Unit

This page is also available in:

Fl-24 ta' Diċembru 2020, l-UE u r-Renju Unit ikkonkludew b'suċċess Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni (FKK) wara negozjati twal u kumplessi. Fl-1 ta' Jannar 2021 dan il-ftehim beda japplika fuq bażi proviżorja sakemm il-Kunsill u l-PE iffinalizzaw u rratifikaw il-proċess. L-istess bħal ftehimiet ta' kummerċ ħieles reċenti oħra, il-ftehim jinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar djalogu mas-soċjetà ċivili. Il-KESE, attur ewlieni ta' dan id-djalogu mas-soċjetà ċivili, għalhekk iddeċieda dwar l-istruttura istituzzjonali biex titrawwem ir-relazzjoni mar-Renju Unit u s-soċjetà ċivili tiegħu (in-negozji, it-trade unions u organizzazzjonijiet oħra), kif ukoll dwar korp għall-monitoraġġ tal-FKK.

Din l-istruttura l-ġdida, li ġiet aġġustata fid-dawl tal-ftehim konkluż, ir-relazzjoni ġdida bejn l-UE u r-Renju Unit kif ukoll l-iżviluppi istituzzjonali reċenti, tinkludi:

  • il-Kumitat ta’ Segwitu UE-Renju Unit, is-suċċessur politiku tal-Grupp ta’ Segwitu tal-Brexit, li huwa kumitat tal-KESE li fi ħdanu nistgħu nistabbilixxu l-aġenda u l-prijoritajiet tagħna stess bil-għan li nissodisfaw il-ħtiġijiet ta' din ir-realtà ġdida;
  • il-Grupp Konsultattiv Domestiku tal-UE b'rabta mal-FKK bejn l-UE u r-Renju Unit, il-pilastru istituzzjonali tas-soċjetà ċivili tar-relazzjoni kummerċjali bejn l-UE u r-Renju Unit.

Issa li r-relazzjonijiet futuri bejn iż-żewġ imsieħba ġew irregolati permezz ta' ftehim ta' sħubija tant importanti u komprensiv, il-KESE huwa lest jaqdi r-rwol tiegħu biex jottimizza l-potenzjal ta' dan il-ftehim, b'mod partikolari fir-rigward tas-soċjetà ċivili tar-Renju Unit. Il-KESE huwa determinat li jżomm kuntatti mill-qrib mas-soċjetà ċivili tar-Renju Unit wara l-Brexit, iħeġġeġ id-djalogu u l-iskambju u jinkludi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet soċjali. B'hekk se jiżgura li jiġu protetti r-rabtiet ekonomiċi, soċjali u politiċi b'saħħithom li ġew żviluppati tul is-sħubija ta' nofs seklu tar-Renju Unit fl-UE.

  • Published in
    Study
    63 pages

    Exploring the evolving landscape of generative artificial intelligence (GenAI) within the European Union, this study delves into technological advancements, market dynamics, and regulatory challenges. It highlights the EU’s position in the global GenAI ecosystem, revealing significant US dominance, while uncovering sector-specific opportunities and risks across industries such as automotive, renewable energy, and education.

  • Published in
    97 pages

    EESC Own-initiative opinion on EU-UK Youth Engagement and technical report in support of the own-initiative opinion

  • Published in
    8 pages

    The External Relations Section (REX) of the European Economic and Social Committee (EESC) is responsible for dialogue between European civil society organisations and their homologues from the countries with which the European Union has formal relations (e.g. under the form of a Free Trade Agreement). Through this dialogue, made possible by a series of bilateral bodies, and through specialized opinions and information reports, the Committee is able to concretely contribute to EU foreign policy.

  • Document type
    Report
    Latest update

    EU-UK relations Issue Tracker

    In full agreement with its UK counterpart, the EU DAG is convinced that the TCA can be a sound basis to build a stronger, more stable, resilient and sustainable relationship for the benefit of EU and UK citizens: a relationship that supports a positive and constructive framework of rights and
    standards.

    • EU-UK relations Issue Tracker