European Economic
and Social Committee
Grupp ta' studju temporanju dwar l-intelliġenza artifiċjali
It-teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali joffru potenzjal kbir fil-qasam tal-ħolqien ta' soluzzjonijiet ġodda u innovattivi biex itejbu l-ħajja tal-persuni, jiżguraw it-tkabbir tal-ekonomija u jindirizzaw l-isfidi relatati mas-saħħa u l-benessri, mat-tibdil fil-klima u mas-sigurtà.
Madankollu, bħal kull teknoloġija revoluzzjonarja, l-intelliġenza artifi1ċjali ġġiba magħha riskji u tippreżenta sfidi soċjetali kumplessi f'diversi oqsma bħax-xogħol, is-sigurtà, il-ħajja provata, l-etika, il-kompetenzi, eċċ.
Għalhekk huwa kruċjali li jkun hemm approċċ komprensiv għall-intelliġenza artifiċjali, li jkun ikopri l-effetti kollha tagħha, speċjalment f'epoka fejn l-evoluzzjonijiet qed iżidu fir-ritmu tagħhom.
Il-grupp ta' studju temporanju dwar l-intelliġenza artifiċjali twaqqaf biex jiggarantixxi l-kontinwità fil-ħidma tal-KESE f'dan il-qasam.