European Economic
and Social Committee
Tbassir: Jista’ jkun li l-ekonomija tintlaqat agħar milli previst fit-tbassir tal-Kummissjoni Ewropea
Mill-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE
B’risposta għat-Tbassir Ekonomiku tal-Ħarifa 2020 ppubblikat reċentement mill-Kummissjoni Ewropea, il-Grupp ta’ Min Iħaddem ħareġ dikjarazzjoni dwar l-inizjattiva tal-President tiegħu, is-Sur Stefano Mallia. Il-Grupp qabel mat-Tbassir Ekonomiku tal-Ħarifa 2020 tal-Kummissjoni Ewropea, li enfasizza li l-irkupru ekonomiku tal-Ewropa ġie interrott mill-qawmien mill-ġdid tal-pandemija. Madankollu, l-Grupp enfasizza li l-livell għoli attwali ta’ inċertezza jista’ jagħmel lit-Tbassir Ekonomiku tal-Ħarifa inqas eżatt u li l-ekonomija tista’ tintlaqat agħar milli previst mill-Kummissjoni Ewropea.
Sabiex l-ekonomija terġa’ tqum fuq saqajha, il-Grupp ta’ Min Iħaddem appella, fost affarijiet oħra, għall-miżuri li ġejjin:
- Il-promozzjoni tal-innovazzjoni u l-għoti tas-setgħa lin-negozji ġodda ser jgħinu mhux biss biex jiġu protetti l-impjiegi attwali, iżda wkoll biex jinħolqu impjiegi ġodda, u b’hekk jingħalaq id-distakk bejn dawk li għandhom impjieg u dawk li huma qiegħda.
- Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-għodod ta’ solvenza, fejn meħtieġa, sabiex jiġu appoġġjati l-intrapriżi vijabbli li qegħdin isofru minn problemi ta’ likwidità, filwaqt li l-kumpaniji li kellhom jagħlqu jiġu megħjuna jagħmlu dan b’mod ordnat. Naqblu li l-aħjar risposta politika hija li nwettqu l-istennijiet tan-NextGenerationEU.
- Għandu jiġi sinkronizzat l-isforz fiskali sabiex jitjiebu l-prospetti għal kulħadd. Il-politika fiskali trid taqdi rwol mexxej fl-irkupru, u tiżgura li l-livell ta’ nfiq ma jikkompromettix bla bżonn is-solidità fiskali.
- Huwa assolutament neċessarju li ż-żewġ naħat tan-negozjati bejn l-UE u r-Renju Unit jibqgħu impenjati biex jilħqu ftehim f’waqtu li jipprovdi ambjent kompetittiv sod għall-kumpaniji, fejn l-aċċess tajjeb għas-suq ikun ikkombinat ma’ dispożizzjonijiet li għandhom l-għan li jiggarantixxi kundizzjonijiet ekwi.
Id-dikjarazzjoni kollha tinsab hawnhekk https://europa.eu/!nK46cT