Skip to main content
Newsletter Info

KESE info

European Economic and Social Committee A bridge between Europe and organised civil society

DECEMBER 2020 | MT

GENERATE NEWSLETTER PDF

Lingwi Disponibbli:

  • BG
  • CS
  • DA
  • DE
  • EL
  • EN
  • ES
  • ET
  • FI
  • FR
  • GA
  • HR
  • HU
  • IT
  • LT
  • LV
  • MT
  • NL
  • PL
  • PT
  • RO
  • SK
  • SL
  • SV
Editorjal

Editorjal

Għeżież qarrejja,

ninsab eċitat li se naqdi r-rwol ta’ Viċi President tal-KESE f’dan il-mandat il-ġdid. Kuntent ħafna li ġejt elett mill-kollegi tiegħi għal din il-kariga. Inħoss li r-rwol tal-komunikazzjoni huwa essenzjali fi kwalunkwe organizzazzjoni.

Dejjem kont impressjonat mix-xogħol li jsir ta’ kuljum mill-persunal u l-membri ta’ dan il-Kumitat. Mandat ġdid itina l-opportunità li nqisu u nagħtu ħarsa lejn kollox minn lenti ġdida. Il-kapaċità limitata tagħna li nivvjaġġaw, minħabba l-COVID-19, hija raġuni oħra biex naħtfu l-opportunità ħalli nivvalutaw mill-ġdid is-siwazzjoni.

Read more in all languages

Nemmen li fis-sistemi politiċi tagħna, ir-rwol tas-soċjetà ċivili huwa wieħed essenzjali. Hawnhekk fil-KESE, aħna naqdu dik il-funzjoni f’sens istituzzjonali. 

Il-punt ta’ bejgħ uniku tagħna huwa li ngħaqqdu lis-setturi u l-gruppi kollha li s-soltu jopponu lil xulxin fil-prattika. Aħna nibnu kunsens, permezz ta’ fehim u rispett għall-perspettivi ta’ xulxin. U nipproduċu kontenut prezzjuż li diġà għadda mit-test dwar jekk jistax jiġi implimentat jew le. Il-proposti tagħna, ibbażati fuq il-bini ta’ kunsens, jipprovdu soluzzjonijiet prattiċi għall-isfidi li niffaċċjaw.

Dak huwa l-KESE fl-aqwa tiegħu: jgħaqqad lill-partijiet interessati, jiżgura li leħinhom jinstema’ b’mod qawwi u ċar, u jasal għal soluzzjonijiet prattiċi li huma ġusti għas-setturi kollha.

Mandat ġdid itina l-opportunità biex inkomplu nagħmlu dak li nagħmlu tajjeb, u biex innaqqsu jew neliminaw l-affarijiet li ma nagħmlux daqstant tajjeb.

L-ispirtu ta’ dan il-Kumitat huwa li jidentifika lil dawk li huma ambizzjużi biex ikunu effettivi u jtihom is-setgħa biex jiżguraw impatt sinifikanti bil-ħidma tagħhom.

Ninsab ħerqan biex ikolli kuntatt ma’ kollegi f’istituzzjonijiet oħrajn ħalli niżgura li l-fehmiet kollettivi tagħna jingħataw widen. Bl-istess mod irrid niżgura li l-komunità inġenerali tkun konxja wkoll ta’ kif tintlaqa’ l-ħidma tagħna, u ta’ x’nagħmlu biex niżguraw li l-fehmiet tas-soċjetà ċivili jiġu integrati fid-deċiżjonijiet finali.

Fl-aħħar nett, aħna, bħal dejjem, se nużaw ir-riżorsi tagħna bħala mezz biex niffaċilitaw id-djalogu bejn partijiet interessati oħrajn, biex immorru lil hinn mill-membri tagħna u biex noħolqu rabta reali bejn is-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet tal-UE. 

Nistenna bil-ħerqa sentejn u nofs impenjattivi u produttivi.

Cillian Lohan, Viċi President għall-Komunikazzjoni

Dati tad-Djarju

10 ta’ Diċembru 2020, Brussell

COVID-19: Mitigating Impact and Overcoming the Crisis (Webinar)

20-21 ta’ Jannar 2021, Brussell

Sessjoni Plenarja tal-KESE

Il-fondi ta’ rkupru u l-baġit ma jistgħux jinżammu ostaġġi!

Fit-18 ta’ Novembru, il-presidenti rispettivi tas-Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza (SOC) tal-KESE, tas-Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali (ECO) tal-KESE, u tal-Grupp Ad Hoc tal-KESE dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Istat tad-Dritt, Aurel Laurențiu Plosceanu, Stefano Palmieri u Cristian Pîrvulescu, ħarġu stqarrija konġunta fejn urew it-tħassib serju tagħhom dwar il-pożizzjoni ta’ żewġ gvernijiet li heddew li jużaw il-veto biex iwaqqfu l-Baġit tal-UE jekk jibqa’ marbut mar-rispett tal-istat tad-dritt.

Il-KESE diġà wera l-appoġġ qawwi tiegħu għall-proposta tal-Kummissjoni dwar il-pakkett tan-Next Generation EU, li flimkien mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 b’total ta’ EUR 1.82 triljun – għandu jtaffi l-impatti kbar tal-kriżi tal-COVID-19 u jippermetti li l-ekonomiji tal-UE jirkupraw malajr.

Skont l-istqarrija, li l-użu tal-fondi tal-UE jkun jiddependi mill-fatt li l-Istati Membri jirrispettaw l-istat tad-dritt m’għandux ikun kontroversjali peress li dan huwa wieħed mill-valuri ewlenin li fuqhom hija mibnija l-UE.

Aqra l-istqarrija sħiħa hawn: https://europa.eu/!cH83Bj

Mistoqsija lil...

Fit-taqsima tagħna “Mistoqsija lil...”, aħna nistaqsu lill-Membri tal-KESE biex iwieġbu mistoqsija topika li tidhrilna li hija partikolarment rilevanti.

Staqsejna lis-Sur Stefano Palmieri, il-President tas-Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali (ECO) iwieġeb għall-mistoqsija:

“X’inhi l-fehma tiegħek dwar l-imblokk tal-baġit fit-tul tal-UE u l-pakkett ta’ rkupru li ġie skattat minn tliet Stati Membri? Taħseb li, minn perspettivi differenti, din hija waħda mill-akbar kriżi istituzzjonali u politika li qed tiffaċċja l-UE?”

Stefano Palmieri, President tas-Sezzjoni ECO

Kont ġenwinament ixxukkjat meta sirt naf li, wara l-aħbar inkoraġġanti tal-10 ta’ Novembru meta t-timijiet tan-negozjati tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill laħqu qbil dwar id-dettalji finali tal-Qafas Finanzjarju u l-Fond għall-Irkupru, żewġ Stati Membri – li aktar tard ingħaqad Stat Membru ieħor magħhom – ħadu d-deċiżjoni għall-għarrieda li jżommu ostaġġ lill-bqija tal-Ewropa. Lanqas il-vidjokonferenza bejn il-mexxejja Ewropej tad-19 ta’ Novembru ma sabet tarf ta’ dan l-imblokk.

Il-pakkett Next Generation EU, flimkien mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għall-perjodu 2021-2027, li jammontaw għal EUR 1,85 triljun, huma meħtieġa b’mod urġenti sabiex ikun hemm irkupru rapidu u effettiv fil-pajjiżi kollha, u għaċ-ċittadini kollha tagħna. Jekk ma jkun hemm ebda qbil dwar il-baġit u l-fond ta’ rkupru f’qasir żmien, allura se niffaċċjaw waħda mill-akbar kriżijiet istituzzjonali u politiċi tal-UE. Lil hinn minn kriżi purament politika u istituzzjonali, hija se taggrava wkoll il-kriżi ekonomika u soċjali li ninsabu fiha.

Jiena rreaġixxejt minnufih għal dan l-imblokk fil-Kunsill billi ħriġt stqarrija għall-istampa flimkien mal-kollegi ferm apprezzati tiegħi Aurel Laurențiu Plosceanu, President tal-kummissjoni SOC, u Cristian Pîrvulescu, President tal-Grupp tal-KESE dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Istat tad-Dritt.

L-aktar ħaġa xokkanti hija li żewġ gvernijiet qegħdin jimblukkaw il-fond għall-irkupru sabiex jimpedixxu li l-baġit tal-UE jkun marbut mar-rispett għall-istat tad-dritt. Id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt huma intrinsiċi għal soċjetajiet demokratiċi. Ma għandu jkun hemm l-ebda oppożizzjoni għalihom, dawn il-valuri huma minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat tal-UE. Dawn il-prinċipji mhumiex negozzjabbli!

Nixtieq nagħlaq b’nota pożittiva: fl-istorja twila tagħha, l-UE wriet li hija “magna sabiex jintlaħaq ftehim”, anke fuq kwistjonijiet kumplessi u politikament kontroversjali. Sinċerament nittama li fl-aħħar mill-aħħar, se noħorġu wkoll minn dan l-impass. F’dan il-mument ma rrid lanqas nimmaġina ebda eżitu ieħor.

Xi analisti politiċi u ekonomiċi pproponew kif għandna nimxu ’l quddiem fir-rigward tal-fond għall-irkupru permezz ta’ proċedura ta' kooperazzjoni msaħħa, u diżakkoppjament mill-QFP, jekk ma jkunx possibbli li jintlaħaq qbil bejn l-Istati Membri. Huma jsostnu li t-Trattat jipprovdi din il-possibbiltà. Filwaqt li naħseb li din tista’ titqies bħala l-aħħar alternattiva, jiena konvint bis-sħiħ li l-għan irid ikun li jintlaħaq qbil bejn is-27 Stati Membri kollha, u jkun qbil li jirrispetta l-istat tad-dritt.

Iż-żmien qed jagħfas. Għalhekk inħeġġeġ lill-Istati Membri, u b’mod partikolari lil dawk li bħalissa qed jimblukkaw il-ftehim, biex ma jkomplux iċaħħdu liċ-ċittadini Ewropej mill-flus ta’ rkupru li huma tant meħtieġa.

Aħbarijiet tal-KESE

Ewropa prosperuża, inklużiva u sostenibbli fil-qalba tal-programm presidenzjali l-ġdid tal-KESE

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) ippubblika l-programm sħiħ tal-President il-ġdida tiegħu Christa Schweng, għall-mandat tagħha tal-2020-2023. Huwa disponibbli online fil-lingwi kollha tal-UE.

Il-programm tas-Sinjura Schweng joffri viżjoni qalbiena għal Ewropa wara l-COVID-19 aktar b’saħħitha u reżiljenti u tipprevedi kontribut qawwi mill-KESE għall-irkupru tal-Ewropa u d-demokrazija parteċipattiva.

Bil-motto “Magħquda għall-ġejjieni tal-Ewropa”, il-programm ipoġġi enfasi qawwija fuq l-għaqda, li se tkun il-kelma ewlenija tal-presidenza tagħha bis-sejħa tagħha għall-bini mill-ġdid tal-KESE, biex isir aktar magħqud u effettiv fl-influwenza tiegħu fuq it-tiswir tal-politika tal-UE.

Huwa jippreżenta l-erba’ prijoritajiet li huma konformi mal-idea tagħha ta’ Ewropa wara l-pandemija li tippermetti liċ-ċittadini tagħha jkunu prosperużi u jgħixu f’soċjetà miftuħa li tibbaża fuq il-valur.

L-ewwel prijorità hija Ewropa ekonomikament prosperuża, b'enfasi fuq l-għajnuna lill-Istati Membri, il-kumpaniji, il-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali biex jgħixu u jibnu l-ekonomiji mill-ġdid. It-tranżizzjoni għal ekonomija aktar diġitali u ekoloġika għandha tkun marbuta wkoll mal-irkupru soċjali.

It-tieni prijorità hija Ewropa soċjalment inklużiva li tiżgura li ħadd ma jitħalla warajh matul it-transizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi. Is-salvagwardja tal-impjiegi u d-dħul għall-ħaddiema kollha hija ta’ importanza kbira, b’attenzjoni partikolari għall-gruppi vulnerabbli. Il-programm jiddikjara li l-valuri komuni tal-UE mhumiex negozjabbli taħt kwalunkwe ċirkostanza. Il-ħolqien ta ’unjoni tas-saħħa Ewropea huwa wkoll appoġġjat bħala aspett importanti ta’ solidarjetà.

It-tielet prijorità – Ewropa ambjentalment sostenibbli – tirrikonoxxi ekonomija aktar ekoloġika u diġitalizzata bħala l-mutur tal-pjan ta’ rkupru għall-Ewropa. Madankollu, biex jinkiseb dan, jeħtieġ li n-negozju jitqies bħala parti mis-soluzzjoni u għandu jitħeġġeġ biex jaqdi rwol attiv fit-tiswir tat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi.

Ir-raba’ prijorità hija li jiġi żgurat li l-KESE jaqdi rwol vitali fil-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, inizjattiva importanti li għandha tagħti lill-Ewropej sens ta’ sjieda tal-UE tagħhom billi tippermettilhom jiddibattu suġġetti ewlenin tal-UE, bil-għan li jittejjeb il-mod kif taħdem l-UE. Bħala promotur impenjat tad-demokrazija parteċipattiva, u b’membri minn kull parti tas-soċjetà ċivili attivi fuq il-post fl-Istati Membri kollha, il-KESE għandu l-opportunità li juri l-valur miżjud tiegħu u jaġixxi bħala faċilitatur. (ll)

Prevista l-fażi li jmiss tal-Pjattaforma Ewropea għall-Ekonomija Ċirkolari hekk kif tibda t-tieni mandat

F’konferenza annwali li saret kompletament online fit-3-4 ta’ Novembru, il-KESE esprima d-determinazzjoni tiegħu li jgħin biex il-Pjattaforma għall-Ekonomija Ċirkolari ssir tassew ċentru tal-isforz kollettiv biex tinbena ekonomija ċirkolari fl-Ewropa.

Il-President tal-KESE Christa Schweng fetħet l-avveniment flimkien mal-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Frans Timmermans, b’ħarsa lura lejn l-ewwel tliet snin tal-Pjattaforma Ewropea tal-Partijiet Interessati tal-Ekonomija Ċirkolari bħala bażi tad-data tal-aħjar prattiki u bħala forum ta’ diskussjoni għall-prattikanti, u bi stennija għall-mandat li se jibda taħt il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari ġdid.

“L-aħħar tliet snin urew li dan huwa l-mod kif in-nies iridu li jaħdmu flimkien,” qalet. “Il-Pjattaforma Ewropea tal-Partijiet Interessati tal-Ekonomija Ċirkolari, il-pjattaforma tagħkom, hija eżempju eċċellenti ta’ politika u prattika li jaħdmu id f’id.

Għalhekk nistedinkom tkomplu taqsmu bejnietkom it-tagħlimiet miksuba u l-eżempji ta’ ispirazzjoni, sew jekk huma prodotti tal-konsumatur iddisinjati għal imġiba ċirkolari, ideat innovattivi għat-tnaqqis u l-ġestjoni tal-iskart, ġojjellerija ddisinjata minn materjal riċiklat, strateġiji nazzjonali tal-gvernijiet għall-ekonomija ċirkolari, kif ukoll skejjel li qed iħejju l-ġenerazzjoni li jmiss.

Jekk tħarsu madwarkom, se taraw li t-tranżizzjoni konġunta tagħna bdiet, iżda hemm bżonn naħdmu ħafna iktar biex l-UE tabilħaqq tmexxi t-tranżizzjoni globali lejn ekonomija ċirkolari.”

Is-Sinjura Schweng saħqet li l-ekonomija ċirkolari se tkun essenzjali biex jirnexxi l-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-pjan ewlieni tal-UE għas-snin li ġejjin. Hija speċifikat li l-ekonomija ċirkolari tat prova li toħloq l-impjiegi (madwar 4 miljun impjieg ġdid bejn l-2012 u l-2018), fi żmien meta t-telf ta’ impjiegi huwa ta’ tħassib għal kulħadd, u bil-ħtieġa li n-negozji jingħataw l-appoġġ biex jimplimentaw it-tranżizzjoni fi żmien meta qed jitħabtu bl-impatt tal-COVID-19.

Il-Viċi President tal-KESE għall-Komunikazzjoni, Cillian Lohan, wieħed minn dawk li taw bidu għall-pjattaforma u li jemmnu ħafna fil-potenzjal tagħha, fetaħ it-tieni jum tal-konferenza, filwaqt li saħaq li l-kooperazzjoni kienet u trid tibqa’ fil-qalba tal-proġett:

“Sa mill-bidu nett, din il-pjattaforma kienet għal kollox kwistjoni ta’ kollaborazzjoni,” qal is-Sur Lohan. “Dik l-istorja – għalkemm hija storja reċenti ħafna – hija importanti li wieħed jiftakar fiha għaliex l-ispirtu ta’ proġett kollaborattiv ġie stabbilit immedjatament: din kienet xi ħaġa li konna se niksbu flimkien, pjuttost milli f’kunflitt jew f’kompetizzjoni ma’ xulxin. U l-pjattaforma kompliet taħdem f’dak l-ispirtu. 

"L-ekonomija ċirkolari hija tranżizzjoni li tinkiseb minn kulħadd, b’dan il-mod kollaborattiv, bil-partijiet ikkonċernati fuq quddiem nett tagħha. Illum qed infittxu li mmexxu l-ekonomija ċirkolari ’l quddiem bil-parteċipazzjoni tagħkom ilkoll fit-tmexxija.”

Madwar 700 persuna pparteċipaw f’dan l-avveniment fuq jumejn, biex b’hekk huwa waħda mit-temi l-aktar popolari fuq Twitter fil-Belġju.

Il-Pjattaforma Ewropea tal-Partijiet Interessati tal-Ekonomija Ċirkolari hija inizjattiva tal-KESE-Kummissjoni Ewropea li għandha l-għan li tipprovdi “network ta’ networks” biex tappoġġja tranżizzjoni xprunata mill-partijiet interessati. Bħala proġett pijunier, serviet bħala mudell għal pjattaformi simili kemm fl-Istati Membri tal-UE kif ukoll fl-Istati Uniti.

L-eżiti tad-diskussjonijiet fil-konferenza dalwaqt se jkunu disponibbli fuq is-sit web tal-pjattaforma. (dm)

Il-KESE jindirizza n-nuqqasijiet fl-integrazzjoni tan-nisa u t-tfal migranti

Il-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa u t-tfal li qed jistinkaw biex jegħlbu d-diskriminazzjoni jew l-ostakli għall-integrazzjoni tagħhom mhux dejjem jitqiesu bis-sħiħ fil-politiki ta’ integrazzjoni tal-Istati Membri tal-UE. Il-KESE ressaq modi biex jiġu indirizzati dawn in-nuqqasijiet f’Opinjoni esploratorja ppreżentata fis-sessjoni plenarja ta’ Ottubru.

Il-Presidenza Ġermaniża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea talbet lill-KESE jiddiksuti modi kif tiġi faċilitata l-integrazzjoni tan-nisa, tal-ommijiet u tal-familji minn ambjent ta’ migrazzjoni.

Din l-Opinjoni tfasslet mill-eks membru Indrė Vareikytė u ppreżentata mir-relatur ġenerali, Ákos Topolánszky, fis-sessjoni plenarja fid-29 ta’ Ottubru.

Is-Sur Topolánszky wissa lill-pari tiegħu li inqas minn nofs l-Istati Membri implimentaw politiki li jappoġġjaw b’mod espliċitu lin-nisa u t-tfal ta’ dixxendenza migratorja li jiffaċċjaw diskriminazzjoni u ostakli għal integrazzjoni. “Iżolati, ħafna drabi huma vittmi tas-solitudni u l-vjolenza,” huwa qal. Fir-rigward ta’ soluzzjonijiet, is-Sur Topolánszky enfasizza l-importanza li jiġu adottati politiki ta’ integrazzjoni b’mod olistiku, u li jinkludu l-inklużjoni fil-qasam tax-xogħol, l-edukazzjoni, is-saħħa, il-ġustizzja u l-akkomodazzjoni.

Il-KESE jemmen li l-migranti għandhom jiġu infurmati aħjar dwar l-objettivi tat-taħriġ lingwistiku u l-benefiċċji assoċjati għall-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Il-Kumitat iħeġġeġ ukoll aktar investigazzjoni dwar jekk il-Qafas Komuni Ewropew ta’ referenza għal-lingwi jistax jintuża biex jiġi ssemplifikat il-proċess tat-taħriġ tal-lingwi tal-migranti u biex jiġi żgurat approċċ aktar imfassal apposta.

In-nisa migranti jiffaċċjaw forom multipli jew intersezzjonali ta’ diskriminazzjoni f’ħafna oqsma tal-ħajja soċjali.
Il-KESE għalhekk iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jirratifikaw il-Konvenzjoni ta’ Istanbul u jappella lill-Istati Membri kollha biex jiżguraw li n-nisa migranti li huma vittmi ta’ vjolenza jkollhom l-istess aċċess bħal nisa mwielda fil-pajjiż biex jiksbu servizzi, aċċess u faċilitajiet.

Billi l-kriżi tal-COVID-19 affettwat b’mod sproporzjonat lill-komunitajiet vulnerabbli, bħan-nisa migranti ta’ etniċità f’minoranza, il-KESE jħeġġeġ bil-qawwi lill-Kummissjoni biex meta tkun qed tiżviluppa l-inizjattiva ġdida tagħha dwar l-integrazzjoni u l-inklużjoni, tqis it-tagħlimiet miksuba minn din il-kriżi fl-Unjoni kollha u fi ħdan l-Istati Membri.

Fl-appendiċi tagħha, l-Opinjoni telenka sensiela ta’ proġetti soċjali li huma ta’ inspirazzjoni fejn in-nisa u t-tfal migranti huma appoġġjati fl-integrazzjoni u t-taħriġ lingwistiku tagħhom. (ll/tk)

Mhuwiex possibbli li noħorġu mill-kriżi mingħajr ma tingħata spinta lill-investiment pubbliku u privat, jgħid il-KESE.

Fid-dawl tal-impatt soċjali u ekonomiku diżastruż tal-kriżi tal-COVID-19, f’żewġ Opinjonijiet tiegħu l-KESE spjega l-fehmiet tiegħu dwar il-kriżi ekonomika attwali u dwar il-perspettivi ta’ rkupru fl-UE.

Read more in all languages

Fid-dawl tal-impatt soċjali u ekonomiku diżastruż tal-kriżi tal-COVID-19, f’żewġ Opinjonijiet tiegħu l-KESE spjega l-fehmiet tiegħu dwar il-kriżi ekonomika attwali u dwar il-perspettivi ta’ rkupru fl-UE.

Minn naħa waħda, il-korp konsultattiv iqis li l-proposti tal-Kummissjoni dwar il-pjan Next Generation EU huma milqugħin tajjeb u f’waqthom. Kwalunkwe dewmien bla bżonn fl-approvazzjoni u l-implimentazzjoni tal-pjan fih riskju li jipperikola l-irkupru ekonomiku tal-UE.

Min-naħa l-oħra, il-membri tal-KESE jwissu li l-Istati Membri hemm bżonn li jagħtu spinta lill-investiment pubbliku u joħolqu sinerġiji mal-investiment privat: il-klawsola liberatorja tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir u l-flessibbiltà massima fir-regoli tal-Għajnuna mill-Istat jeħtieġ japplikaw mill-inqas sakemm ikun ġie stabbilit bis-sħiħ l-irkupru ekonomiku b’mod kumplessiv u sakemm il-qgħad ikun naqas b’mod sinifikanti.

B’mod ġenerali, l-UE għandha bżonn bidla lejn governanza ekonomika ffukata fuq il-prosperità u bbażata fuq is-solidarjetà, għax l-introduzzjoni mill-ġdid tal-awsterità ġġib fix-xejn il-benefiċċji tal-pjan Next Generation EU.

Philip von Brockdorff, relatur tal-Opinjoni dwar Strateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli 2020 qal li: “Il-KESE jqis l-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli bħala opportunità biex il-mudell ekonomiku dominanti jsir ħafna aktar reżiljenti u sostenibbli, u biex l-objettivi ekonomiċi u soċjali jingħataw l-istess importanza.”

Judith Vorbach, korelatur tal-Opinjoni dwar ir-Rakkomandazzjoni dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro , saħqet li: "Sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun u jiġu evitati l-impatti gravi tal-COVID-19 u tat-tibdil tal-klima, il-KESE jirrakkomanda governanza ekonomika ffukata fuq il-prosperità, żieda fl-investiment fit-tkabbir sostenibbli, infurzar tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u riforma tal-politiki tat-tassazzjoni."

Iż-żewġ Opinjonijiet, li ġew adottati fil-plenarja ta’ Ottubru 2020, huma l-kontribut tal-KESE għall-Pakkett tas-Semestru tal-Ħarifa tal-Kummissjoni Ewropea li jmiss u għad-diskussjonijiet interistituzzjonali li mistennija jsegwu. Aqra dwar l-aħbar sħiħa hawn. (na)

Il-Forum tal-KESE-Cedefop jindika l-ħtieġa għal rispons urġenti u koordinat għal-livelli baxxi ta’ ħiliet fl-Ewropa

Fil-5 u s-6 ta’ Novembru, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) organizzaw it-Tielet Forum ta’ Tagħlim dwar il-Politiki (PLF) dwar perkorsi ta’ titjib tal-ħiliet. Dan laqqa’ flimkien l-imsieħba soċjali u r-rappreżentanti tal-gvern u tas-soċjetà ċivili rilevanti f'dan il-qasam, li wissew li l-pandemija attwali tista’ tkompli taċċellera l-bidliet fid-dinja tax-xogħol li diġà ġabet magħha r-rivoluzzjoni diġitali, u b’hekk it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid isiru dejjem aktar rilevanti.

Read more in all languages

Fil-5 u s-6 ta’ Novembru, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) organizzaw it-Tielet Forum ta’ Tagħlim dwar il-Politiki (PLF) dwar perkorsi ta’ titjib tal-ħiliet. Dan laqqa’ flimkien l-imsieħba soċjali u r-rappreżentanti tal-gvern u tas-soċjetà ċivili rilevanti f’dan il-qasam, li wissew li l-pandemija attwali tista’ tkompli taċċellera l-bidliet fid-dinja tax-xogħol li diġà ġabet magħha r-rivoluzzjoni diġitali, u b’hekk it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid isiru dejjem aktar rilevanti.

Il-parteċipanti fil-PLF għalhekk enfasizzaw l-urġenza li jiġu implimentati l-perkorsi ta’ titjib tal-ħiliet, il-proposta leġiżlattiva adottata bħala Rakkomandazzjoni tal-Kunsill fl-2016. Dan jifforma l-pedament tal-Aġenda għall-Ħiliet tal-UE, bl-għan li l-Ewropej kollha jingħataw il-ħiliet meħtieġa biex jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tagħhom biex jirnexxu, kemm bħala individwi kif ukoll bħala membri tas-soċjetà.

Skont ir-riċerka mis-Cedefop, 128 miljun adult fl-Ewropa se jkollhom jaġġornaw il-ħiliet tagħhom jew jiksbu oħrajn ġodda sabiex iżommu l-impjieg jew jiksbu wieħed li jikkorrispondi mal-kompetenzi u l-livelli tal-ħiliet tagħhom. Din hija ċ-ċifra totali għall-UE-27, l-Iżlanda, in-Norveġja u r-Renju Unit, u tikkorrispondi għall-proporzjon qawwi ta’ 46.1 % tal-popolazzjoni.

“Jeħtieġ li nenfasizzaw li dak li qed noffru huwa parti minn kit ta’ sopravivenza, kemm għall-ħaddiema kif ukoll għal min iħaddem, minħabba li l-affarijiet mhux se jibqgħu bħas-soltu. Ħiliet b’saħħithom huma xprun għall-kompetittività fil-livell tal-UE, kif ukoll għas-sodisfazzjoni personali u l-iżvilupp professjonali tal-individwi,” qal il-president tas-Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza tal-KESE, Laurenţiu Plosceanu.

“Irridu niżguraw li l-adulti kollha jkollhom opportunitajiet tul il-ħajja biex jaġġornaw il-ħiliet eżistenti u jiksbu ħiliet ġodda biex jgħinuhom jinnavigaw fi żminijiet inċerti u jirnexxu f’ħajjithom u fil-karriera tagħhom”, qal Jürgen Siebel, direttur eżekuttiv tas-Cedefop, filwaqt li żied jgħid li s-sistemi tat-titjib tal-ħiliet u tat-taħriġ mill-ġdid jeħtieġ li jqisu wkoll il-ħtiġijiet tal-intrapriżi, li huma parti importanti mill-formola għall-kisba ta’ għanijiet ambizzjużi.

It-tielet PLF ta ħarsa aktar mill-qrib lejn l-esperjenzi fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet fil-Finlandja, l-Irlanda u n-Netherlands, fejn il-gvernijiet stabbilixxew miri ambizzjużi bi strateġiji komprensivi, u introduċew ukoll riformi fit-tagħlim tul il-ħajja u għall-adulti li diġà qed jagħtu l-frott.

Il-PLF esplora wkoll il-programm tal-gvern Portugiż li rnexxielu jsaħħaħ id-disponibbiltà tat-taħriġ għall-adulti f’pajjiż fejn, mill-2016, nofs il-popolazzjoni kienet għadha ma temmitx l-edukazzjoni sekondarja. (ll)

Il-KESE jsejjaħ għal djalogu soċjali msaħħaħ fl-UE

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jappoġġja li fl-Istati Membri tal-UE jiġi promoss id-djalogu soċjali effettiv peress li jaqdi rwol importanti fit-tfassil ta’ politiki ekonomiċi, tax-xogħol u soċjali li joħolqu kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol aħjar fl-UE. Għalhekk huwa meħtieġ sabiex tiġi promossa u tinkiseb is-sostenibbiltà ekonomika.

Fl-Opinjoni Id-djalogu soċjali bħala pilastru importanti tas-sostenibbiltà ekonomika u r-reżiljenza tal-ekonomiji, li jqis ukoll l-influwenza ta’ dibattitu pubbliku mqanqal fl-Istati Membri, il-KESE ta ħarsa ġenerali lejn il-prattiki nazzjonali tad-djalogu soċjali, u analizzah fil-kuntest tal-kriżijiet tal-imgħoddi. Esplora wkoll kif il-kunċett tad-djalogu soċjali, speċjalment fil-forma tripartitiku tiegħu li jinvolvi lill-awtoritajiet pubbliċi, jista’ jmur lil hinn min-negozjar kollettiv, u kif huwa strument ewlieni għall-governanza soda ta’ kwalunkwe proċess ta’ bidla.

L-Opinjoni ġiet abbozzata fuq it-talba tal-Presidenza Ġermaniża tal-UE mill-eks membru tal-KESE Vladimíra Drbalová u l-membru attwali Cinzia Del Rio.

Il-pajjiżi b’mekkaniżmi stabbiliti tajjeb tad-djalogu soċjali jirrispondu aħjar u aktar malajr għall-kriżijiet, inklużi dawk ta’ daqs globali bħall-pandemija tal-COVID-19. Madankollu, skont l-Opinjoni, f’ħafna pajjiżi, id-djalogu soċjali jibqa’ frammentat u jseħħ biss okkażjonalment, jew iddgħajjef, u l-awtonomija tal-imsieħba soċjali ġiet mhedda.

L-Opinjoni telenka diversi rakkomandazzjonijiet għal ġestjoni soda wara l-pandemija fil-futur qrib, inklużi billi jiġi żgurat involviment attiv tal-imsieħba soċjali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-pjani nazzjonali ta’ rkupru u titħeġġeġ governanza korporattiva soda bbażata fuq id-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv.

Madankollu, biex ikun effettiv, id-djalogu soċjali jrid jinkludi msieħba soċjali rappreżentattivi u leġittimi, kif ukoll gvernijiet impenjati u parteċipattivi. Huwa daqstant essenzjali li jiġu rispettati l-awtonomija u l-libertà ta’ assoċjazzjoni tal-imsieħba soċjali u d-dritt għan-negozjar kollettiv.

Id-djalogu soċjali Ewropew huwa minqux fit-Trattati tal-UE u l-imsieħba soċjali Ewropej għandhom jisfruttaw il-potenzjal kollu li dan joffri.

Għandhom ikunu involuti fis-Semestru Ewropew tal-governanza ekonomika, u partikolarment fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki soċjali, tal-impjieg u, fejn rilevanti, tar-riformi ekonomiċi.

“Neħtieġu mekkaniżmi vinkolanti ta’ konsultazzjoni għall-imsieħba soċjali fis-Semestru Ewropew. Illum il-ġurnata, waqt li nqisu l-impatt ekonomiku u soċjali tal-pandemija, huwa aktar importanti minn qatt qabel li l-imsieħba soċjali jiġu involuti fit-tfassil ta’ pjani ta’ rkupru u ta’ reżiljenza, inklużi l-għodod ta’ rapportar tal-gvern,” qalet is-Sinjura Del Rio. (ll)

Il-ġustizzja soċjali għall-migranti u l-minoranzi etniċi hija essenzjali biex jiġi indirizzat ir-razziżmu strutturali

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) talab lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jieħdu approċċ olistiku biex jippromovu d-diversità u l-inklużività fis-soċjetajiet tagħhom u biex iżidu l-isforzi legali u politiċi biex jindirizzaw ir-razziżmu u l-ksenofobija fl-Ewropa.

Bil-volum li qed jiżdied ta ’attakki u diskors ta’ mibegħda diretti lejn il-migranti u l-minoranzi etniċi, u bil-pandemija attwali li qed tkompli tiggrava d-diskriminazzjoni strutturali li dawn jiffaċċjaw, l-UE teħtieġ b’mod urġenti li tieħu azzjoni akbar f'dar-rigward, inkluż billi tippromovi l-ġestjoni tad-diversità.

Il-KESE stabbilixxa l-proposti tiegħu dwar din il-kwistjoni fl-opinjoni tiegħu dwar Il-ġestjoni tad-diversità fl-Istati Membri tal-UE, mitluba mill-presidenza Ġermaniża tal-UE. Fit-tħejjija tal-Opinjoni tiegħu, il-KESE wettaq studji ta’ każijiet f’erba’ pajjiżi – il-Finlandja, Franza, l-Italja u l-Polonja – li jirrappreżentaw erba’ partijiet differenti tal-Ewropa. Ir-riżultati ġew ippreżentati fl-Opinjoni u l-appendiċi tagħha.

L-istudji tal-każijiet żvelaw li l-ħaddiema migranti kienu kkonċentrati f’impjieg prekarju u bi ħlas baxx fl-erba’pajjiżi kollha, l-iktar sitwazzjoni estrema hija dik fl-Italja, imbagħad Franza, u l-Polonja tidher li ssegwi fl-istess direzzjoni. In-nisa b'karnaġġjon skur jesperjenzaw l-ogħla rati ta’ diskriminazzjoni fl-impjieg fl-erba’ pajjiżi kollha, meta mqabbla mal-Ewropej bojod u mal-irġiel tal-istess gruppi etniċi. Fl-erba’ pajjiżi kollha, ir-Rom jibqgħu l-minoranza li qed tiffaċċja l-ogħla livell ta’ marġinalizzazzjoni.

L-Opinjoni ġiet abbozzata mill-eks membru Pollakk tal-KESE Adam Rogalewski u ppreżentata minn Carlos Trindade, relatur ġenerali, fis-sessjoni plenarja ta’ Ottubru.

“Il-COVID-19 qed taggrava r-razziżmu strutturali fl-Ewropa. Il-minoranzi etniċi u l-migranti mhux biss jiffaċċjaw espożizzjoni akbar għall-marda, iżda huma f'riskju akbar ta' inugwaljanzi assoċjati mill-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali, u x'aktarx li jkunu inqas appoġġjati.,” innota s-Sur Trindade.

“Il-ġlieda kontra r-razziżmu strutturali fl-istituzzjonijiet kollha teħtieġ ġustizzja soċjali għall-minoranzi etniċi u l-migranti," saħaq is-Sur Trindade, u żied li l-KESE appella lill-UE u lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi legali u politiċi tagħhom biex jindirizzaw ir-razziżmu u l-ksenofobija.

Fl-Opinjoni, il-KESE jargumenta li ġestjoni soda tad-diversità għandha tiffoka fuq l-aspetti kollha tax-xogħol u l-ħajja ta’ kuljum tal-migranti u tal-minoranzi etniċi. Dan jinkludi kif jiġu ttrattati fuq il-post tax-xogħol, l-edukazzjoni tagħhom u l-aċċess għas-servizzi pubbliċi, id-drittijiet soċjali tagħhom u l-integrazzjoni tagħhom fil-komunitajiet lokali. (ll)

Il-KESE jiddibatti l-isfidi għall-industrija tal-azzar tal-UE

Fid-9 ta’ Novembru, il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI) iltaqgħet għal dibattitu mill-bogħod dwar l-industrija tal-azzar tal-UE. Id-dibattitu, ippresedut minn Pietro Francesco De Lotto, il-President il-ġdid tas-CCMI, iffoka fuq il-kwistjonijiet tal-kapaċità żejda u d-dekarbonizzazzjoni fl-industrija internazzjonali tal-azzar. Il-kelliema indirizzaw l-isfidi li qed tiffaċċja l-industrija Ewropea tal-azzar: il-pjan ta’ rkupru wara l-COVID-19, id-dekarbonizzazzjoni tal-proċessi tal-produzzjoni, il-miżuri ta’ salvagwardja tal-UE u l-kummerċ.

L-azzar huwa ass essenzjali fil-pajjiżi żviluppati u fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw kollha. Il-pandemija tal-COVID-19 qajmet mistoqsijiet dwar id-dipendenza fuq il-katina globali tal-provvista, speċjalment meta ħafna pajjiżi jiddependu minn pajjiż wieħed biss.

Il-produzzjoni ta’ kapaċità żejda tal-industrija Ċiniża tal-azzar hija sors ta’ tħassib, hekk kif issa ċ-Ċina tiddomina aktar minn nofs is-suq dinji. Fl-2018, l-Istati Uniti ppromulgaw taxxi protezzjonisti sabiex l-ekonomija Amerikana kienet inqas dipendenti fuq il-materjali Ċiniżi. Is-suq tal-UE bata b’mod sever minħabba dawn il-miżuri, peress li l-Istati Uniti tal-Amerika huma konsumatur importanti għall-azzar prodott fl-UE

Fl-istess waqt, pajjiżi mid-dinja kollha qed jagħmlu sforzi biex inaqqsu l-emissjonijiet effett serra tagħhom, u qed jitressqu numru dejjem jikber ta’ inizjattivi sabiex ikun hemm tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.

Fi tmiem id-dibattitu, is-Sur De Lotto qal li “Irridu niżgura l-kompetittività tas-setturi tal-azzar li jirrispettaw l-istandards ambjentali għal din it-tranżizzjoni iżda li qed jiffaċċjaw kompetizzjoni minn reġjuni oħra fid-dinja fejn standards bħal dawn jew ma jeżistux jew mhumiex adegwati. Dan japplika wkoll għall-istandards dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u d-drittijiet tax-xogħol.”

Għalhekk, il-KESE jappella għal kundizzjonijiet ekwi bejn il-produtturi esportaturi Ewropej u dawk minn pajjiżi terzi. (tk/ks)

Il-mistieden sorpriża

Ħloqna taqsima oħra.

Kull xahar se nintroduċukom mal-mistieden sorpriża tagħna. Se jkun personalità magħrufa fil-qasam tal-kultura Ewropea, f’armonija mal-ġrajjiet attwali u li se jgħaddilna ħsibijietu dwar id-dinja; nifs ġdid biex inwessgħu l-orizzonti tagħna, jispirana u jferraħna.

Għal din l-ewwel edizzjoni, il-mistieden sorpriż tagħna huwa Pierre Kroll, karikaturista Belġjan u diżinjatur akkreditat tal-gazzetta ta’ kuljum Le Soir.

Minħabba l-cartoons tiegħu, huwa magħruf għas-sens umoristiku u l-istil uniku tiegħu, li bihom jikkumenta b’mod oriġinali u mhux tas-soltu dwar l-affarijiet Ewropej u dinjija.

Huwa laqgħa t-talba tagħna li jikkumenta dwar l-aħbarijiet l-aktar jaħarqu tal-mument u bil-qalb kollha offrilna dan il-cartoon. (ehp)

Pierre Kroll

Read more in all languages

Aħbarijiet mill-Gruppi

Tbassir: Jista’ jkun li l-ekonomija tintlaqat agħar milli previst fit-tbassir tal-Kummissjoni Ewropea

Mill-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

B’risposta għat-Tbassir Ekonomiku tal-Ħarifa 2020 ppubblikat reċentement mill-Kummissjoni Ewropea, il-Grupp ta’ Min Iħaddem ħareġ dikjarazzjoni dwar l-inizjattiva tal-President tiegħu, is-Sur Stefano Mallia. Il-Grupp qabel mat-Tbassir Ekonomiku tal-Ħarifa 2020 tal-Kummissjoni Ewropea, li enfasizza li l-irkupru ekonomiku tal-Ewropa ġie interrott mill-qawmien mill-ġdid tal-pandemija.

Read more in all languages

Mill-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

B’risposta għat-Tbassir Ekonomiku tal-Ħarifa 2020 ppubblikat reċentement mill-Kummissjoni Ewropea, il-Grupp ta’ Min Iħaddem ħareġ dikjarazzjoni dwar l-inizjattiva tal-President tiegħu, is-Sur Stefano Mallia. Il-Grupp qabel mat-Tbassir Ekonomiku tal-Ħarifa 2020 tal-Kummissjoni Ewropea, li enfasizza li l-irkupru ekonomiku tal-Ewropa ġie interrott mill-qawmien mill-ġdid tal-pandemija. Madankollu, l-Grupp enfasizza li l-livell għoli attwali ta’ inċertezza jista’ jagħmel lit-Tbassir Ekonomiku tal-Ħarifa inqas eżatt u li l-ekonomija tista’ tintlaqat agħar milli previst mill-Kummissjoni Ewropea.

Sabiex l-ekonomija terġa’ tqum fuq saqajha, il-Grupp ta’ Min Iħaddem appella, fost affarijiet oħra, għall-miżuri li ġejjin:

  • Il-promozzjoni tal-innovazzjoni u l-għoti tas-setgħa lin-negozji ġodda ser jgħinu mhux biss biex jiġu protetti l-impjiegi attwali, iżda wkoll biex jinħolqu impjiegi ġodda, u b’hekk jingħalaq id-distakk bejn dawk li għandhom impjieg u dawk li huma qiegħda.
  • Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-għodod ta’ solvenza, fejn meħtieġa, sabiex jiġu appoġġjati l-intrapriżi vijabbli li qegħdin isofru minn problemi ta’ likwidità, filwaqt li l-kumpaniji li kellhom jagħlqu jiġu megħjuna jagħmlu dan b’mod ordnat. Naqblu li l-aħjar risposta politika hija li nwettqu l-istennijiet tan-NextGenerationEU.
  • Għandu jiġi sinkronizzat l-isforz fiskali sabiex jitjiebu l-prospetti għal kulħadd. Il-politika fiskali trid taqdi rwol mexxej fl-irkupru, u tiżgura li l-livell ta’ nfiq ma jikkompromettix bla bżonn is-solidità fiskali.
  • Huwa assolutament neċessarju li ż-żewġ naħat tan-negozjati bejn l-UE u r-Renju Unit jibqgħu impenjati biex jilħqu ftehim f’waqtu li jipprovdi ambjent kompetittiv sod għall-kumpaniji, fejn l-aċċess tajjeb għas-suq ikun ikkombinat ma’ dispożizzjonijiet li għandhom l-għan li jiggarantixxi kundizzjonijiet ekwi.

Id-dikjarazzjoni kollha tinsab hawnhekk https://europa.eu/!nK46cT

L-isfidi li qed tiffaċċja l-Ewropa u l-prijoritajiet tal-Grupp tal-Ħaddiema

Mill-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Li jinżammu d-drittijiet tal-ħaddiema għandu jkun prijorità assoluta fi kwalunkwe pjan ta’ rkupru u ta’ rikostruzzjoni wara l-pandemija tal-COVID-19, bis-solidarjetà bħala l-prinċipju ta’ gwida. Biex dan jissarraf fi prijoritajiet u azzjonijiet konkreti, il-Grupp tal-Ħaddiema organizza laqgħa straordinarja fl-24 ta’ Novembru.

Read more in all languages

Mill-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Li jinżammu d-drittijiet tal-ħaddiema għandu jkun prijorità assoluta fi kwalunkwe pjan ta’ rkupru u ta’ rikostruzzjoni wara l-pandemija tal-COVID-19, bis-solidarjetà bħala l-prinċipju ta’ gwida. Biex dan jissarraf fi prijoritajiet u azzjonijiet konkreti, il-Grupp tal-Ħaddiema organizza laqgħa straordinarja fl-24 ta’ Novembru.

Fuq l-aġenda, l-isfidi enormi li l-Ewropa qed tiffaċċja, u s-soluzzjonijiet biex dawn jingħelbu li jpoġġu l-ħolqien u s-salvagwardja ta’ impjiegi ta’ kwalità, il-protezzjoni tal-ħaddiema u l-irkupru soċjali fuq livell indaqs mat-tħassib ekonomiku, bil-għan li jinkiseb mudell soċjali, ambjentali u ekonomiku ġdid.

Il-kwistjonijiet diskussi li ser jgħinu jaġġornaw u jsawru l-prijoritajiet tal-Grupp, għall-ħames snin li ġejjin u iktar, messew il-kwistjonijiet kruċjali ta’ tħassib għall-UE u għaċ-ċittadini tagħha, bħall-faqar u l-inugwaljanza dejjem jiżdiedu, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u r-relazzjonijiet industrijali, id-djalogu soċjali, is-sostenibbiltà, it-tranżizzjoni ġusta u oħrajn.

Ġew mistiedna diversi persuni ewlenin biex, mal-membri tal-Grupp tal-Ħaddiema, jiddiskutu l-isfidi soċjali, ekonomiċi u ambjentali għall-ġejjieni tal-Ewropa. Wara dibattitu dwar l-isfidi soċjali ma’ Oliver Röpke, President tal-Grupp tal-Ħaddiema, u ma’ Cinzia del Rio, Viċi President tas-Sezzjoni tal-KESE għall-Affarijiet Soċjali, Ana Mendes Godinho, il-Ministru tal-Portugall għax-Xogħol, is-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali, ippreżentat il-prijoritajiet tal-Presidenza Portugiża.

Jorge Valero, ġurnalist tal-Euractiv, kien il-moderatur tas-sessjoni ta’ wara nofsinhar. Il-pandel dwar l-isfidi ekonomiċi fl-Ewropa kien immexxi minn Stefano Palmieri, il-President tas-Sezzjoni tal-KESE għall-Affarijiet Ekonomiċi. Id-dibattitu kien arrikkit mid-diskors ta’ kelliema ewlenin, jiġifieri Jonás Fernández, il-Koordinatur tal-S&D, Kumitat dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, u Colin Crouch, Professur Emeritus mill-Università ta’ Warwick.

Id-dibattitu finali dwar is-suġġett tal-isfidi ambjentali u l-Patt Ekoloġiku ġie introdott minn Peter Schmidt, President tas-Sezzjoni tal-KEsE għall-Agrikoltura, b’diskorsi mill-Kummissarju Frans Timmermans responsabbli mill-Patt Ekoloġiku, u minn Lucie Studničná, Viċi President tal-Grupp tal-Ħaddiema.

Séamus Boland huwa l-President il-ġdid tal-Grupp Diversità Ewropa

Mill-Grupp Diversità Ewropa tal-KESE

Mal-bidu tal-mandat il-ġdid tal-KESE (2020-2025), Séamus Boland ħa f’idejh il-presidenza tal-Grupp Diversità Ewropa. Il-Grupp ikkonferma r-rwol il-ġdid tiegħu matul l-ewwel laqgħa tal-mandat il-ġdid li saret fis-27 ta’ Ottubru.

“Il-faqar u r-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jiġġilduh” se jkun il-punt fokali tal-presidenza tas-Sur Boland. F’konformità mas-suġġett, il-prijoritajiet tal-Grupp għall-mandat presidenzjali 2020-2023 jinkludu:

  • l-indirizzar tal-impatti tal-COVID-19 fuq is-soċjetà;
  • l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku flimkien mal-partijiet interessati kollha, abbażi tal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli dwar “It-tmiem tal-faqar fil-forom kollha tiegħu kullimkien”;
  • li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-pjattaformi Ewropej, jiġu involuti fil-ħidma tal-Grupp;
  • li l-membri kollha tal-Grupp jiġu involuti fil-ħidma, filwaqt li jinżamm bilanċ b’saħħtu bejn il-ġeneri;
  • il-promozzjoni aktar effiċjenti tal-ħidma tal-Grupp fost l-istituzzjonijiet l-oħra u l-pubbliku inġenerali.

Il-kandidatura ta’ Séamus Boland għall-presidenza kienet immexxijja minn xewqa li jiġi promoss ir-rwol tas-soċjetà ċivili u li jissaħħaħ leħinha. L-Irlandiż issuġġerixxa li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet wesgħin tas-soċjetà ċivili u jiġu żgurati ħidma ta’ kwalità u proċeduri robusti fi ħdan il-KESE għal dan il-għan.

Il-President il-ġdid ser jippresiedi l-Grupp Diversità Ewropea flimkien ma’ seba’ Viċi Presidenti:

Pietro Vittorio Barbieri (IT), Jan Dirx (NL), Kinga Joó (HU), Rudolf Kolbe (AT), Ariane Rodert (SE), Simo Tiainen (FI) u Ioannis Vardakastanis (EL).

Matul is-sessjoni plenarja inawgurali tal-KESE f’Ottubru, il-plenarja ħatret membri tal-Grupp Diversità Ewropa f’pożizzjonijiet differenti ta’ tmexxija. Cillian Lohan inħatar Viċi President tal-KESE għall-Komunikazzjoni, fost l-oħrjan.

Għal aktar informazzjoni dettaljata, żur il-paġna web tal-Grupp.

Soon in the EESC/Cultural events

Il-wirja “Refuġju” se tkun fil-KESE matul Diċembru!

Il-KESE ser jospita wirja tar-ritratti mill-fotografu Franċiż Bruno Fert intitolata “Refuġju: dinji privati fl-eżilju”

Din tinkludi serje ta’ panelli b’ritratti u testimonji, flimkien ma’ immaġnijiet tal-ispazji interni fil-kampijiet u l-kennijiet improvizzati fil-Greċja u Franza, inkluża l-“ġungla” f’Calais

Il-wirja qed tiġi organizzata mid-Direttorat għall-Komunikazzjoni u relazzjonijiet Interistituzzjonali fi sħubija mas-Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza (SOC) biex tiġi enfasizzata l-ħidma li saret mill-KESE dwar il-politiki dwar il-migrazzjoni, anke f’rabta mal-Patt tal-UE dwar il-Migrazzjoni.

Minħabba l-pandemija, il-wirja se tiġi ppreżentata totalment b’mod virtwali. Titlifhiex!

Jekk jogħġbok segwi din il-link biex taċċessa l-wirja:

https://www.eesc.europa.eu/en/agenda/our-events/events/refuge-private-worlds-exile (ck)

Editur

Ewa Haczyk-Plumley (editor-in-chief)
Daniela Marangoni (dm)

Il-kontributuri għal din l-edizzjoni huma

Daniela Marangoni (dm)
David Gippini Fournier (dgf)
Jasmin Kloetzing  (jk)
Katharina Radler (kr)
Katerina Serifi (ks)
Laura Lui (ll)
Marco Pezzani (mp)
Margarida Reis (mr)
Margarita Gavanas (mg)

Koordinazzjoni globali

Agata Berdys (ab)
Katerina Serifi (ks)

Indirizz

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Bini Jacques Delors, 99 Rue Belliard, B-1040
Brussell, il-Belġju
Tel. (+32 2) 546.93.96 jew 546.95.86
Indirizz elettroniku: eescinfo@eesc.europa.eu

KESE info huwa ppubblikat disa’ darbiet fis-sena matul is-sessjonijiet plenarji tal-KESE. KESE info huwa disponibbli fi 23 lingwa. Il-KESE Info ma tistax titqies bħala r-rapport uffiċjali tal-ħidmiet tal-KESE; għal dawn, jekk jogħġbok irreferi għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew għal pubblikazzjonijiet oħrajn tal-Kumitat. Ir-riproduzzjoni hija permessa jekk il-KESE Info jissemma bħala s-sors u tintbagħat link lill-editur.
 
December 2020
12/2020

Follow us

  • Facebook
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Instagram