Il-bini ta’ sħubijiet ta’ talent mal-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu hija politika ewlenija biex nindirizzaw il-migrazzjoni. L-Ewropa għandha ċċaqlaq il-fokus tad-dimensjoni esterna tal-politika dwar il-migrazzjoni b’mod li din tkun parti minn aġenda ġeopolitika u ġeoekonomika usa’, fil-post li jitstħoqqilha fost il-politiki l-oħrajn.

Illum qed nitkellmu dwar kif il-ġeopolitika tolqot il-migrazzjoni. Il-mewġa kbira li jmiss ta’ migranti lejn l-Ewropa se tkun ġejja mill-Afrika”, enfasizza l-president tas-Sezzjoni REX Dimitris Dimitriadis fil-laqgħa li saret f'Lulju 2021.

Minn Jannar 2020, madwar 23 miljun persuna mill-447 miljun persuna li jgħixu fl-UE huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi, u jirrappreżentaw 5 % tal-popolazzjoni Ewropea.

Filwaqt li l-patt ġdid dwar il-migrazzjoni u l-ażil għadu jippromovi sħubijiet ta’ talent mal-pajjiżi ta’ oriġini, ta’ tranżitu u ta’ destinazzjoni, jidher li hemm imblokki li jipprevjenu l-implementazzjoni effettiva tiegħu.

Jean-Louis De Brower mill-programm għall-Affarijiet Ewropej fl-Istitut Egmont qal li probabbilment hemm nuqqas ta’ fiduċja u solidarjetà fir-rigward tal-patt il-ġdid.

Estrella Gallan, li tirrappreżenta l-Kummissjoni Spanjola għar-Refuġjati, irrimarkat ukoll li l-kwistjonijiet tal-migrazzjoni u l-ażil huma f'idejn il-pajjiżi ta’ dħul, u għandhom jiġu indirizzati b’mod aktar proporzjonat, abbażi ta’ responsabbiltà kondiviża u solidarjetà.

Il-politika tal-iżvilupp fl-Afrika tista’ twaqqaf il-migrazzjoni illegali

Kontribut pożittiv għall-iżvilupp fl-Afrika, li hija vulnerabbli għat-tibdil fil-klima, jista’ jġib stabbiltà soċjali, politika u ekonomika.

Fil-fehma tal-MEP Pierrette Herzberger-Fofana, l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat għall-Iżvilupp tal-Parlament Ewropew, “Il-politiki tal-iżvilupp huma intrinsikament marbuta mal-migrazzjoni.

Flimkien ma’ dan, Dr Chiyoge B. Sifa, mill-Alleanza Kooperattiva Internazzjonali għar-reġjun tal-Afrika, enfasizzat l-importanza tas-sħubija bejn l-ICA u l-UE, li għandha rwol sinifikanti biex tiskoraġġixxi liż-żgħażagħ milli jaqbdu r-rotot għall-Mediterran. (at)